Droga | One News - Part 4

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ 20kg kannabis u aktar minn €6,000 flus kontanti

Etienne Farrugia ta’ 41 sena minn Ħaż-Żebbuġ inżamm arrestat wara li ġie akkużat li fid-29 ta’ Novembru instabulu fil-pussess tiegħu 20kg ħaxixa tal-kannabis u €6,500 fi flus kontanti.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Fran Tabone u Mark Anthony Mercieca spjegaw kif jumejn ilu huwa kien ħareġ struzzjoni lill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga sabiex josservaw attività relatata ma’ possibilment traffikar tad-droga f’Ħaż-Żebbuġ.Aqra aktar

RITRATTI: Erba’ persuni arrestati wara qabda ta’ 23 kilo droga mill-Pulizija

Tliet irġiel Maltin u Sqalli, li l-età tagħhom tvarja bejn is-26 u l-50 sena, spiċċaw arrestati mill-Pulizija wara li saret sejba ta’ madwar 23 kilo droga.

Il-Pulizija kkonfermat li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienet ilha jiem issegwi lill-persuni li ġew arrestati, u li s-sejba tal-Ħamis filgħaxija saret f’Santa Luċija u fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.Aqra aktar

Biex tfittex l-għajnuna u tiġġieled il-vizzju tad-droga

Nisa li huma mirkuba minn sustanzi bħalma hija d-droga huma aktar suxxettibbli għall-abbuż milli huma l-irġiel fl-istess qagħda tagħhom.

Dan ħareġ waqt konferenza nazzjonali li ttellgħet mill-Fondazzjoni Oasi u l-Kunsill Lokali tan-Naxxar bit-tema ‘In-Nisa u l-Addiction! – Id-dinja tal-addiction hija wahda sessista?’ Aqra aktar

Sparky l-kelb tad-Dwana jaqbad 10 kili droga minn Sqallija

 

F’anqas minn 24 siegħa minn qabda kbira ta’ 44 kilo droga kokaina fil-Port Ħieles, id-Dwana ta’ Malta wettqet qabda oħra ta’ 10 kili droga kannabis li l-valur tagħha fis-suq huwa ta’ €20,000.

Is-sejba tad-droga saret l-Erbgħa permezz tal-kelb tad-Dwana Sparky, wieħed mill-klieb il-ġodda li għadhom kif issieħbu fit-Taqsima tal-Klieb tad-Dwana.Aqra aktar

12-il xahar priġunerija maħfura wara akkużi ta’ traffikar ta’ eroina

F’Sentenza importanti mill-Qorti tal-Appell, mara ta’ 39 sena ġiet meħlusa minn kull akkuża ta’ traffikar ta’ droga eroina wara li fl-appell hija saħqet li ma ngħatatx d-dritt li tkun mgħejjuna minn avukat waqt li tat stqarrijiet lil pulizija filwaqt li sar tiftix mill-pulizija mingħajr ma kienet mgħarrfa li hija setgħet tirrifjuta li jsirilha t-tiftix.

Aqra aktar

Send this to a friend