Droga | One News - Part 3

Notifiki

Ġuvni ta’ 19-il sena jinqabad bid-droga lesta biex tinbiegħ waqt road block

Jean Claude Cassar ta’ 19-il sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li waqt road block, inqabad bid-droga lesta biex tinbiegħ. Il-ġuvni tressaq il-Qorti wara li m’obdiex il-kundizzjonijiet imposti fuqu bil-pleġġ li ingħata f’Ottubru li għadda u ma marx l-għassa tal-pulizija ta’ Bormla għal aktar investigazzjoni f’Novembru li għadda.

Fil-Qorti huwa wieġeb mhux ħati li kien fil-pussess tal-kokaina u l-eroina f’ċirkustanzi li indikaw li dawn ma kienux għall-użu personali tagħhom.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300, garanzija personali ta’ €5,000, u ġie ordnat imur jiffirma l-għassa tal-pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa u li joqgħod ġewwa bejn it-20:00 ta’ filgħaxija u s-07:00 ta’ filgħodu.

Jinstabu boroż bid-droga waqt rejd fil-lejl li għadda f’Marsaskala

Minn tfittxija li saret matul dan illejl, il-pulizija tar-Rapid Intervention Unit waqfu vettura f’Marsaskala misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Marsa, u fl-affarijiet personali tiegħu, instabet  borża  b’70  gramma  suspettata  ħaxixa  tal-kannabis,  borża  b’diversi  qratas  suspettata  d- droga kokaina u kif ukoll sustanza oħra suspettata r-raża tal-kannabis.

Aqra aktar

Il-qabda droga kellha valur ta’ €7,450,000 – kienet destinata għal kumpanija Maltija

L-Uffiċjali tad-Dwana wettqu t-tieni l-akbar qabda ta’ droga fl-istorja pajjiżna, hekk kif ġew interċettati 5,020 kilo reżina tal-kannabis f’kontejner fil-Port Ħieles. Din is-sena hija l-aktar sena li fiha nqabdet droga mill-Uffiċjali tad-Dwana b’total ta’ aktar minn 16,000 kilo droga.

F’operazzjoni li bdiet tard it-Tlieta waranofsinhar u baqgħet għaddejja sa kmieni l-Ħamis filgħodu, l-uffiċjali rnexxielhom jinterċetaw kontejner li telaq mill-port ta’ Algeciras fi Spanja lejn Malta taħt isem ta’ kumpanija rreġistrata Malta. Il-Kontejner kien iddikjarat li qed iġorr rombli ta’ plastik oħxon li jintuża fl-industrija tal-biedja kif filfatt kienu wħud mill-‘pallets’.Aqra aktar

Send this to a friend