Droga – Page 28 – One News

Notifiki

4 xhur ħabs wara li daħħal miegħu l-ħabs l-eroina

Raġel ta’ 35 sena mill-Kosta tal-Ivorju ingħata s-sentenza t’erba’ xhur ħabs wara li nstab ħati li kellu fil-pussess tiegħu d-droga eroina meta daħal fil-ħabs ta’ Kordin. Il-każ imur lura għal Marzu tas-sena l-oħra, meta mar fil-Faċilità biex iħallas depożitu fuq każ ieħor li kellu.
Aqra aktar

Arrestat l-Għawdxi akkużat li ġab f’Malta 15-il kilo droga

Joseph Rodney Grima ta’ 23 sena minn Għajnsielem, Għawdex tneħitlu l-liberta proviżorja wara l-appell li għamel l-Avukat Ġenerali lill-Maġistrat Antonio Micallef Trigona dwar il-ħelsien mill-arrest. Huwa ġie akkużat b’importazzjoni u pussess ta’ 15-il kilo droga kokaina li nstabet moħbija f’karozza li nxtrat mir-Renju Unit u li nġiebet f’pajjiżna bil-vapur minn Sqallija nhar it-Tnejn li għadda.

Aqra aktar

Kellu droga moħbija f’karozza li nxtrat mir-Renju Unit

Joseph Rodney Grima ta’ 23 sena minn Għajnsielem, Għawdex wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ importazzjoni u pussess ta’ 15-il kilo droga kokaina.

Droga li nstabet moħbija f’karozza li nxtrat mir-Renju Unit u li nġiebet f’pajjiżna bil-vapur minn Sqallija nhar it-Tnejn li għadda. Minkejja t-talba għall-ħelsien mill-arrest, l-ispettur Jonathan Cassar argumenta li dan huwa każ gravi ħafna li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin u li hemm żewġ xhieda li għad iridu jixhdu.

Xhieda li allegatament irmunkaw il-karozza li fiha nstabet id-droga. Min-naħa tiegħu, l-Maġistrat Antonio Micallef Trigona qal li jiddejjaq iżomm persuna arrestata għalxejn u ddeferixxa d-deċiżjoni fuq it-talba għall-Ġimgħa filgħodu. Intant, il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni għall-iffriżar tal-assi tal-imputat.

Inqabdu b’15-il kg kokaina

Wara gimgħat ta’ ħidma intensiva, membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti mill-Law Enforcement Section tad-Dwana waqqfu vettura li kienet għada kif waslet Malta mill-Italja u li kien hemm suspett raġonevoli li fiha seta kien hemm ammont sostanzjali ta’ droga moħbija.

Aqra aktar

Somalu u Libjan bil-kokaina u l-kannabis f’Paceville

Żewġ barranin inżammu taħt arrest wara li f’ każi separati nqabdu fil-pussess ta’ numru ta’ boroż ta’ kokaina u kannabis f’ Paceville, ilbieraħ filgħaxija.

F’ inqas minn 24 siegħa, Abdirashid Ahmed Sirad t’ 20 sena, mis-Somalia u Mohammed Husayn Mustafa Omar ta’ 29 sena li huwa refuġjat Libjan tressqu quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri f’ każijiet separati. It-tnejn qed ikunu akkużati b’ pussess aggravat ta’ droga.

Aqra aktar

Send this to a friend