Droga | One News - Part 25

Notifiki

Għawdxi kabbar kannabis li ma kinitx biss għall użu tiegħu

Raġel ta’ 27 sena residenti r-Rabat Għawdex tressaq il-Qorti t’Għawdex.

Ir-raġel ġie akkużat li nhar it-12 ta’ Settembru 2016 u fil-ġranet ta’ qabel ikkoltiva l-kannabis li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu u li kkommetta reat waqt li kien taħt probation.

L-imputat wieġeb mhux ħati u ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet, fosthom depozitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000. Fil-Qorti rrapreżentawh l-avukati Franco Debono u Angie Micallef.

50 kilo droga għal Malta

Żewġ persuni minn Katanja, missier u bint, kienu arrestati f’Pozzallo b’ħamsin kilo kannabis destinati għal Malta. L-arrestati huma Nicola Musumeci ta’ sitta u erbgħin sena u Giusi Musumeci ta’ għoxrin sena. Il-missier huwa magħruf sew mal-Pulizija.

Mixlija b’importazzjoni tad-droga lejn Sqallija

Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni b’rabta mal-allegat każ ta’ mara Maltija, li kif waslet Sqallija fil-ħmistax ta’ Settembru li għadda sabulha fil-karozza tagħha mal-erba’ kilogrammi droga kannabis.

Rita Scicluna ta’ 41 sena minn Ħal Luqa flimkien ma’ żewġha Nicholas Obaseki ta’ 28 sena u Osaro Osarenkhoe ta’ 27 sena qed jiġu mixlija b’importazzjoni ta’ droga.

Fil-Qorti instema’ kif kienet il-ħidma f’waqitha ta’ Pulizija li nzerta fuq btala li innota l-moviment suspettuz tan-Niġerjan Osarenkhoe. Huwa kien qed iħares b’attenzjoni żejda lejn il-karozza ta’ Scicluna, li kienet qed tivvjaġġa bil-karozza fuq il-katamaran flimkien mat-tarbija tagħha li għandha inqas minn sentejn.

Aqra aktar

Rabti mixli bi traffikar ta’ tlett kilogrammi droga

Rabti ta’ dsatax-il sena inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli bi traffikar ta’ tlett kili droga kannabis. Il-Pulizija spjegat li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa daħal rapport fejn kienet mitluba tintervjeni waqt argument li beda jinstema’ ġej minn residenza fejn kien hem iż-żagħżugħ.
Aqra aktar

Sejba ta’ droga fir-Rabat, Malta

Ħidma mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, il-lejl li għadda rriżultat fis-sejba ta’ aktar minn tlett kilogrammi ta’ sustanza allegatament raza meħuda mill-pjanta tal-kannabis, ġewwa r-Rabat (Malta).

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata b’din is-sejba, u min-naħa tagħha ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

Il-Pulizija qed iżżomm ġuvni ta’ 19-il sena residenti r-Rabat (Malta) in konnessjoni ma’ din is-sejba. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti akkużat bil-pussess tas-sustanza, liema pussess juri li ma kienx għall-użu esklussiv tiegħu.

Malli ra lill-Pulizija, prova jarmi sitt basktijiet mimlija kannabis

Kompla jinstema’ l-każ kontra s-Somalu ta’ 20 sena akkużat bi traffikar tal-kannabis f’Paceville.

Huwa nqabad waqt raid, wara li l-Pulizija rawh javviċina grupp ta’ sitta min-nies, ikellimhom u jġib xi ħaġa minn għalqha mwarrba. Malli lemaħ lill-pulizija, l-akkużat prova jarmi sitt basktijiet mimlija kannabis. Hawnhekk instabu ħames basktijiet oħra fl-għalqa u anke xi basktijiet vojta.

Aqra aktar

Meħlus, iżda mitlub iħallas €2,000 u jiggarantixxi €10,000

Il-Pulizija ressqet raġel ta’ 36 sena residenti Għajnsielem, il-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini.

Ir-raġel ġie akkużat talli ikkoltiva u kellu fil-pussess tiegħu pjanta tal-kannabis, liema droga instabet f’tali cirkostanzi li turi li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkuzi miġjuba kontra tiegħu.  Huwa ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet tal-Qorti fosthom depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000.

Send this to a friend