Droga | One News - Part 24

Notifiki

Qabda oħra ta’ droga

Tard ilbieraħ filgħaxija, membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestaw żewġ persuni, li fil-pussess tagħhom instabu madwar żewġ kilogrammi ta’ sustanza suspettata kokaina.Aqra aktar

Kokajina fil-friġġ ta’ bar f’Ħal Safi – tnejn arrestati

Matul il-lejl li għadda, wara diversi jiem ta’ osservazjoni, membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, għamlu tfittxija f’bar f’Ħal Safi, fejn moħbijin ġewwa kompressur ta’ friġġ instabu 26 qartas bi trab abjad allegatament kokajina li kienu lesti sabiex jiġu ttraffikati.

Instabu wkoll diversi oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga.  Raġel ta’ 33 sena residenti l-Ħamrun ġie arrestat b’rabta ma’ dan il-każ.

Waqt li kien qed isir dan ir-raid, ġewwa l-istess bar kien hemm ukoll raġel ta’ 35 sena residenti ż-Żurrieq fejn meta saret tfittxija fuqu nstabu wkoll xi qratas bi trab abjad allegatament kokaina.  Tfitxxijiet oħra saru  fil-vettura u r-residenza tiegħu fejn saret sejba t’iktar qratas.

Iż-żewġt irġiel għadhom qed jiġu miżmuma mill-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet.

 

 

Tlieta arrestati b’rabta ma’ droga

 

 

Matul il-lejl li għadda, membri milll-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestaw raġel Eritrean li għandu 34 sena, mal-wasla tiegħu f’Malta minn Pozzallo.  Huwa nstab fil-pussess ta’ madwar 3 kilogrammi ta’ pjanti tal-khat li kienu lesti sabiex jiġu ttraffikati f’dawn il-gżejjer kif ukoll ammont sostanzjali ta’ flus kontanti.

Ir-raġel għadu qiegħed jinżamm mill-Pulizija sabiex jgħin fl-investigazzjonijiet.

Aqra aktar

“Cocaine addict…miskin it-tifel ta’ Tumas!” – skopri kif biddel ħajtu ta’ taħt fuq

“Dipendenti fuq il-kokajina…it-tifel ta’ Tumas…min jaf kemm nies xtaqu jarawni nfalli!”

Hekk kiteb dwaru nnifsu Franco Fenech, illum-il ġurnata jgħix ħajja kompletment differenti u ħieles mill-vizzju tad-droga.

Għalkemm kliemu dwaru nnifsu huwa ikkulurit ferm, ma jiddejjaqx jikteb minn fejn ġej: “I’ve been to many, many rehabs, snorted tonnes of coke and did things I’m ashamed of”…iżda llum-il ġurnata jgħid “I’m taking over the world!”

Skopra x’kellu xi jgħid waqt il-programm Pjazza.

Aqra aktar

MAQBUD: kien ġej Malta bil-katamaran u bi 13-il kg DROGA

Tlettax-il kilo ta’ marijuana kienu maqbuda mill-Pulizija fil-port ta’ Pozzallo – id-droga kienet fi triqitha lejn Malta.

Dak fil-pussess ta’ din id-droga għandu 55 sena, u kien ġej Malta bil-karozza. Huwa qajjem suspetti wara li l-Pulizija nnotat imġieba nervuża. Innotat ukoll li kellu viti u boltijiet taħt waħda mis-seats tal-vettura – indikazzjoni ta’ qiegħ doppju u l-possibiltà ta’ droga moħbija hemm. Fil-fatt hekk kien – id-droga nstabet b’25 pakkett, moħbija fil-bumper, l-istepni u l-bibien.

Id-droga li kienet ġejja hawn għandha valur ta’ madwar €200,000.

 

Ħabs u multa talli daħħal il-kannabis hawn Malta bil katamaran

 

Żagħżugħ ta’ dsatax–il sena mill-Gambja ngħata sentenza ta’ tliet snin ħabs u ġie mmultat €500.

Dan wara li daħħal f’pajjiżna 200 gramma droga kannabis li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.

Huwa kien arrestat is-Sibt meta wasal Malta minn Sqallija bil-katamaran.

Prova jgħaddi l-kannabis bħala sapun tal-ħasil

L-uffiċjali tad-dwana waqqfu attentat ta’ traffikar ta’ droga kannabis minn Sqallija għal pajjiżna lbieraħ. Fi proċedura ta’ moniteraġġ fuq il-katamaran, l-uffiċjali tad-dwana sabu rażina tal-kannabis fuq ir-raġel, li prova jgħaddiha bħala sapuna tal-ħasil.
Aqra aktar

Send this to a friend