Droga – Page 23 – One News

Notifiki

Traffikant tad-droga mibgħut il-ħabs

Il-Qorti bagħtet il-ħabs traffikant tad-droga wara li ammetta l-akkużi ta’ pussess aggravat ta’ ecstasy u raża tal-kannabis.

Ayman Abul-Ez Mohammed Hanafwa ammetta wkoll li kellu fil-pussess tiegħu pjanti tal-kannabis u li kien jitraffika l-istess droga.

Quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, Hanafwa qal li huwa kellu l-vizzju tad-droga u kellu bżonn l-għajnuna, u biex ma jintbagħatx il-ħabs fid-dawl li ammetta l-akkużi. Filwaqt li nnutat li r-raġel kien diġa tpoġġa taħt sentenza sospiża, il-Qorti qalet li huwa rema opportunita biex jirriforma lilu nnifsu. Il-Maġistrat semma wkoll kif sitt xhur wara li ngħata ċ-ċans ibiddel ħajjtu, inqabad iwettaq offiżi oħra.

Aqra aktar

Ħabat f’ħamsa waqt li kien taħt l-effett tas-sustanzi

Żagħżugħ ta’ dsatax –il sena li ħabat f’ħames karozzi f’San Ġwann, fl-ewwel jum tas-sena x’aktarx kien taħt l-effett ta’ sustanzi anke jekk mhux xurban skont il-limiti li tistabilixxi l-liġi.

Abdimajid Noor Ismael tressaq il-qorti akkużat li saq b’mod perikoluż, li seraq mobile u li kkawża ħsara b’mod volontarju, fost oħrajn.

Aqra aktar

Jinżamm arrestat żagħżugħ li nqabad bid-droga

Suspettat traffikant ta’ droga inżamm arrestat, bil-qorti targumenta fid-deċiżjoni tagħha li mhux ta’ min jafdah u jagħtih il-ħelsien mill-arrest.

Julian Bonnici, ta’ dsatax 19-il sena, kien arrestat f’jum l-ewwel tas-sena wara li nqabad b’87 pillola ecstacy. Quddiem il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona, kien akkużat ukoll li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kokaina li, bħal fil-każ tal-ecstasy, kollox kien jindika li ma kinetx għall-użu personali tiegħu.

Bonnici qal li m’għandux impjieg u wieġeb mhux ħati.

Aqra aktar

Mediċina magħmula mill-kannabis legali fir-Renju Unit

Prodotti li magħmula bl-ingredjent magħruf bħala cannabidiol, li huwa ingredjent li l-bażi tiegħu hija l-kannabis se jiġu klassifikati bħala mediċini fir-Renju Unit minn din is-sena.

L-aġenzija regolatorja tal-mediċina, MHRA, qalet li din id-deċiżjoni ttieħdet bl-għan li jiġu regolarizzati dawn it-tip ta’ prodotti li preżentament, qed jintużaw minn persuni li għandhom mard sejru.

Aqra aktar

20 persuna arrestati tul il-lejl wara sejba ta’ droga

 Matul il-lejl li għadda, membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestaw għoxrin persuna.

Dsatax-il persuna li l-eta’ tagħhom tvarja bejn id-19 u t-38 sena, ġew arrestati f’diversi lokalitajiet fosthom il-Belt Valletta, ir-Rabat Malta, San Ġiljan u San Ġwann, wara li fil-pussess tagħhom nstabu sustanzi suspettati kokaina, raża tal-kannabis, ħaxixa tal-kannabis u ecstasy.

Aqra aktar

Surġent ferut wara sejba ta’ droga

Waqt ħidma li saret matul il-lejl mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ġew arrestati tmien persuni. Sebgħa persuni Maltin li l-eta` tagħhom tvajra bejn it-18 u s-36 sena, ġew arrestati f’diversi stabbilimenti f’San Ġiljan wara li nstabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata kokaina.

Aqra aktar

Send this to a friend