Droga | One News - Part 22

Notifiki

Jirrifjuta li jixhed fil-każ ta’ ħuh

Ħu żagħżugħ akkużat bi traffikar ta’ droga m’aċċettax li jixhed fil-każ.

L-akkużat fil-każ huwa Melvin Cini, ta’ 26 sena li kien arrestat iktar kmieni dan ix-xahar wara li f’operazzjoni tal-Pulizija innotawh imur jiftaħ u jfittex f’karozza li kien fiha nstabet id-droga eroina, kokaina, kannabi u ecstacy.

Aqra aktar

Iġorr id-droga għax kellu bżonn il-flus

Raġel akkużat bit-traffikar tad-droga qal li hu aċċetta li jġorr id-droga, li nstabet fil-pussess tiegħu, għaliex kellu bżonn il-flus.

John Xuereb, ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar, inqabad bid-droga nhar is-Sibt li għadda wara li l-Pulizija rċeviet tagħrif li kien qed ibiegħ id-droga.

Aqra aktar

45 sentenza ta’ servizz fil-komunità

Is-sena li għaddiet ingħataw 45 sentenza fejn fihom akkużat li nstab ħati b’reat intbagħat jagħmel xogħol fil-komunità minflok intalab li jiskonta sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Minn dawn is-sentenzi 41 ingħataw mill-Qorti f’Malta u erbgħa mill-Qorti f’Għawdex.

Jispikkaw sentenzi fejn din it-tip ta’ piena ngħatat wara li akkużat ikun ħareġ jew qed jipprova joħroġ minn xi vizzju jew inkella akkużat ma jkollux rekord kriminali u għalkemm irid iħallas ta’ għemilu jkun ta’ ħsara għalih jekk jispiċċa wara l-ħitan għolja ta’ Kordin.

Fost dawn il-każi riċenti li spikkaw kien hemm is-sentenza tal-Maġistrat Joe Mifsud fejn raġel li kkawża l-mewt f’inċident tat-traffiku, għalkemm il-ħtija ma kinetx esklussivament tiegħu, ingħata sentenza ta’ 480 siegħa xogħol fil-komunità minbarra multa. Dawn l-480 huma l-massimu li jista’ jingħata bil-liġi bħala xogħol fil-komunità.

Aqra aktar

Żewġt irġiel arrestati f’San Pawl il-Baħar wara sejba ta’ droga

Tard il-bieraħ wara nofsinhar wasslu għall-arrest ta’ żewġt irġiel Maltin, wieħed ta’ 48 sena, residenti San Pawl il-Baħar u raġel ieħor ta’ 39 sena residenti s-Swieqi, dan wara jiem t’osservazzjoni mill-membri tal-iskwadra ta’ kontra d-Droga.

Wara tfittxija ġewwa vettura li kienu fiha ż-żewġt irġiel f’Buġibba, nstabu u ġew elevati madwar 200 gramma, allegatament kokaina, ippakjata f’kapsoli. Minn tfittxijiet ulterjuri ġewwa r-residenza tar-raġel ta’ 48 sena, ġiet elevata arma tan-nar bil-munizzjon.

Aqra aktar

Traffikant tad-droga mibgħut il-ħabs

Il-Qorti bagħtet il-ħabs traffikant tad-droga wara li ammetta l-akkużi ta’ pussess aggravat ta’ ecstasy u raża tal-kannabis.

Ayman Abul-Ez Mohammed Hanafwa ammetta wkoll li kellu fil-pussess tiegħu pjanti tal-kannabis u li kien jitraffika l-istess droga.

Quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, Hanafwa qal li huwa kellu l-vizzju tad-droga u kellu bżonn l-għajnuna, u biex ma jintbagħatx il-ħabs fid-dawl li ammetta l-akkużi. Filwaqt li nnutat li r-raġel kien diġa tpoġġa taħt sentenza sospiża, il-Qorti qalet li huwa rema opportunita biex jirriforma lilu nnifsu. Il-Maġistrat semma wkoll kif sitt xhur wara li ngħata ċ-ċans ibiddel ħajjtu, inqabad iwettaq offiżi oħra.

Aqra aktar

Ħabat f’ħamsa waqt li kien taħt l-effett tas-sustanzi

Żagħżugħ ta’ dsatax –il sena li ħabat f’ħames karozzi f’San Ġwann, fl-ewwel jum tas-sena x’aktarx kien taħt l-effett ta’ sustanzi anke jekk mhux xurban skont il-limiti li tistabilixxi l-liġi.

Abdimajid Noor Ismael tressaq il-qorti akkużat li saq b’mod perikoluż, li seraq mobile u li kkawża ħsara b’mod volontarju, fost oħrajn.

Aqra aktar

Jinżamm arrestat żagħżugħ li nqabad bid-droga

Suspettat traffikant ta’ droga inżamm arrestat, bil-qorti targumenta fid-deċiżjoni tagħha li mhux ta’ min jafdah u jagħtih il-ħelsien mill-arrest.

Julian Bonnici, ta’ dsatax 19-il sena, kien arrestat f’jum l-ewwel tas-sena wara li nqabad b’87 pillola ecstacy. Quddiem il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona, kien akkużat ukoll li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kokaina li, bħal fil-każ tal-ecstasy, kollox kien jindika li ma kinetx għall-użu personali tiegħu.

Bonnici qal li m’għandux impjieg u wieġeb mhux ħati.

Aqra aktar

Mediċina magħmula mill-kannabis legali fir-Renju Unit

Prodotti li magħmula bl-ingredjent magħruf bħala cannabidiol, li huwa ingredjent li l-bażi tiegħu hija l-kannabis se jiġu klassifikati bħala mediċini fir-Renju Unit minn din is-sena.

L-aġenzija regolatorja tal-mediċina, MHRA, qalet li din id-deċiżjoni ttieħdet bl-għan li jiġu regolarizzati dawn it-tip ta’ prodotti li preżentament, qed jintużaw minn persuni li għandhom mard sejru.

Aqra aktar

Send this to a friend