Droga | One News - Part 21

Notifiki

Sejba ta’ sustanza suspettuża fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

 Illum wara nofsinhar waqt li Uffiċjali Korrettivi kienu qegħdin jagħmlu tfittxijiet fuq oġġetti li kienu qegħdin jiddaħħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kellhom suspett fuq par żarbun li kien se jiddaħħal fil-Faċilità. Waqt din it-tfittxija intensiva li saret instab li fil-qiegħ taż-żarbun kien hemm 23 pakkett ta’ sustanza suspettuża li tista’ tkun droga. Fil-fatt irriżulta li kien hemm tliet tipi ta’ sustanzi differenti.

Bil-każ ġew infurmati l-Pulizija tad-distrett li qed ikomplu bl-investigazzjonijiet.

Aqra aktar

Żagħżugħ arrestat wara sejba ta’ droga

Żagħżugħ ta’ 19-il sena, residenti l-Marsa, ġie arrestat wara ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wara jiem ta’ osservazzjoni fl-inhawi tal-korsa tal-Marsa, wasslet għal sejba ta’ droga.

Iż-żagħżugħ instab fil-pussess ta’ diversi qratas suspettati eroina u kokaina li kien qed jittraffika dak il-ħin stess. Il-Pulizija elevat ukoll diversi qratas suspettati eroina u kokaina li l-ġuvni prova jarmi malli intebaħ bil-Pulizija. Ġew elevati wkoll diversi qratas li kienu lesti għat-traffikar, li kienu moħbija viċin ta’ fejn huwa ġie arrestat.

Aqra aktar

Ġurnalist Ingliż jixkef realtajiet tal-waħx fil-ħabs

Sitwazzjoni bla kontroll f’wieħed mill-ħabsijiet ewlenin tal-Ingilterra. Hekk qed jgħidu li sabu l-BBC wara li ġurnalist mar bil-moħbi għal xaharejn f’ħabs f’Northumberland, fejn hemm 1,348 priġunier.

Hemm skopra użu qawwi ta’ droga fost il-priġunieri, nuqqas ta’ kontrol, sistemi tal-allar li ma jaħdmux u sigurtà interna difettuża.

Aqra aktar

Żewġ irġiel arrestati wara sejba ta’ droga

 

Ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat raġel ta’ 34 sena li nstab fil-pussess tiegħu madwar 16-il gramma sustanza suspettata eroina u madwar nofs gramma sustanza suspettata kokaina. Ir-raġel kien fl-inħawi taċ-ċimiterju tal-Addolorata meta ġiet arrestat mill-Pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga.

Aqra aktar

Qassis arrestat fuq pornografija tat-tfal u pussess ta’ droga

Qassis minn New York ġie arrestat wara li l-Pulziija sabulu pornografija tat-tfal fuq il-kompjuter tiegħu, kif ukoll droga kemm fl-uffiċċju tal-Knisja u kif ukoll fil-kamra tas-sodda.

Christopher King, ta’ 51 sena, kellu ħames filmati ta’ pornografija fuq il-kompjuter tiegħu, fejn fihom kien hemm attività sesswali ma’ subien tal-età sentejn jew tlieta.

Aqra aktar

Jilmenta l-ikbar baruni tad-droga

Il-baruni tad-drogi Messikan, Joaquin “El Chapo” Guzman ilmenta fil-qorti dwar il-kundizzjonijiet ta’ kustodja fil-ħabs tal-Istati Uniti.

Guzman qed jinżamm taħt sigurtà massima fil-ħabs fi New York wara li x-xahar li għadda kien estradit. Huwa ħarab darbtejn mill-ħabs fil-Messiku, darba f’basket tal-ħwejjeġ u riċentament permezz ta’ mina fiċ-ċella tiegħu.

Fil-Qorti, huwa wieġeb li ma kienx ħati għat-tmexxija tal-akbar organizzazzjoni tat-traffikar tad-drogi fid-dinja għal karriera twila ta’ snin. Jekk jinsab ħati, huwa jaffaċċja ħajja fil-ħabs.

MIĊĦUDA t-talba biex titnaqqaslu sentenza ta’ 15-il sena ħabs

John Camilleri, ta’ 48 sena mill-Imqabba, se jkompli jiskonta sentenza ta’ 15-il sena ħabs wara li l-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet t-talba li għamel biex titnaqqas il-piena tal-ħabs.

Camilleri, magħruf bħala “Ġanni tal-Bully”, kien ġie kkundannat 15-il sena ħabs u mmultat €35,000 lura f’Novembru tal-2005 wara li f’ġuri nstab ħati li f’Diċembru tal-2000 kien instab fil-pussess ta’ 953 pillola ecstasy.

Hu ġie akkużat mill-Pulizija li ħeba l-pirmli f’ħajt tas-sejjieħ u f’munzell żrar fil-barriera tiegħu fil-Qrendi.

Aqra aktar

Send this to a friend