Droga | One News - Part 20

Notifiki

KAŻ PARTIKOLARI – karozza fil-foss tal-Marsa li fil-bidu ħasbuha waqgħat…

Ftit tal-ħin ilu ssejħet l-għajnuna tal-Pulizija għax kien hemm karozza fil-foss tal-Marsa.
Jidher li xi ħadd li ra din il-karozza ċempel lill-Pulizija u dawn marru, flimkien ma’ membri mid-Dipartient tal-Protezzjoni Ċivili, għall-għajnuna.
Irriżulta però li l-karozza nstaqet għal ġol-foss u mhux waqgħat.
Sorsi fuq il-post qalulna li jkun hemm ħafna każijiet ta’ karozzi li jistaqu f’postijiet partikolari u li jkun maħsub li hemm in-nies fil-periklu fihom, meta fil-verità jkunu n-nies stess li fittxew dawn il-postijiet prekarji. Ir-raġunijiet ikunu varji.
Dan ir-rapport wassal biex iż-żona tiġi mnaddfa mis-siringi li jintużaw għall-abbuż tad-drogi.

Fi tliet snin il-Qorti rat 394 persuna fuq akkużi ta’ traffikar ta’ droga

Matul is-sena 2016 tressqu l-Qorti 121 persuna fuq akkużi ta’ traffikar ta’ droga.

Din kienet l-inqas sena mill-2014 li tressqu persuni, dan hekk kif fl-2014 tressqu 132 persuna u fl-2015 tressqu 141 persuna.

Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari li saret minn Beppe Fenech Adami lill-Ministru Carmelo Abela.

Inqabdu mas-66kg Snus – kienu sejrin għand Malti

65.9kg ta’ Snus ittieħdu mill-uffiċjali tad-Dwana. Dan huwa tip ta’ tabakk li tomgħod, u intsab f’pakkett indirizzat lil individwu privat, li huwa Malti. Huwa suspettat li kien qed jimporta l-Isnus biex umbagħad jerġa jbiegħu. Id-Dwana qalu li qed iwettqu ħidma biex inaqsu l-importazzjoni tal-Isnus, li huma popolari fil-pajjiżi Skandinavi u illegali hawn Malta.

 

Sejba ta’ sustanza suspettuża fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

 Illum wara nofsinhar waqt li Uffiċjali Korrettivi kienu qegħdin jagħmlu tfittxijiet fuq oġġetti li kienu qegħdin jiddaħħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kellhom suspett fuq par żarbun li kien se jiddaħħal fil-Faċilità. Waqt din it-tfittxija intensiva li saret instab li fil-qiegħ taż-żarbun kien hemm 23 pakkett ta’ sustanza suspettuża li tista’ tkun droga. Fil-fatt irriżulta li kien hemm tliet tipi ta’ sustanzi differenti.

Bil-każ ġew infurmati l-Pulizija tad-distrett li qed ikomplu bl-investigazzjonijiet.

Aqra aktar

Żagħżugħ arrestat wara sejba ta’ droga

Żagħżugħ ta’ 19-il sena, residenti l-Marsa, ġie arrestat wara ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wara jiem ta’ osservazzjoni fl-inhawi tal-korsa tal-Marsa, wasslet għal sejba ta’ droga.

Iż-żagħżugħ instab fil-pussess ta’ diversi qratas suspettati eroina u kokaina li kien qed jittraffika dak il-ħin stess. Il-Pulizija elevat ukoll diversi qratas suspettati eroina u kokaina li l-ġuvni prova jarmi malli intebaħ bil-Pulizija. Ġew elevati wkoll diversi qratas li kienu lesti għat-traffikar, li kienu moħbija viċin ta’ fejn huwa ġie arrestat.

Aqra aktar

Ġurnalist Ingliż jixkef realtajiet tal-waħx fil-ħabs

Sitwazzjoni bla kontroll f’wieħed mill-ħabsijiet ewlenin tal-Ingilterra. Hekk qed jgħidu li sabu l-BBC wara li ġurnalist mar bil-moħbi għal xaharejn f’ħabs f’Northumberland, fejn hemm 1,348 priġunier.

Hemm skopra użu qawwi ta’ droga fost il-priġunieri, nuqqas ta’ kontrol, sistemi tal-allar li ma jaħdmux u sigurtà interna difettuża.

Aqra aktar

Żewġ irġiel arrestati wara sejba ta’ droga

 

Ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat raġel ta’ 34 sena li nstab fil-pussess tiegħu madwar 16-il gramma sustanza suspettata eroina u madwar nofs gramma sustanza suspettata kokaina. Ir-raġel kien fl-inħawi taċ-ċimiterju tal-Addolorata meta ġiet arrestat mill-Pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga.

Aqra aktar

Qassis arrestat fuq pornografija tat-tfal u pussess ta’ droga

Qassis minn New York ġie arrestat wara li l-Pulziija sabulu pornografija tat-tfal fuq il-kompjuter tiegħu, kif ukoll droga kemm fl-uffiċċju tal-Knisja u kif ukoll fil-kamra tas-sodda.

Christopher King, ta’ 51 sena, kellu ħames filmati ta’ pornografija fuq il-kompjuter tiegħu, fejn fihom kien hemm attività sesswali ma’ subien tal-età sentejn jew tlieta.

Aqra aktar

Send this to a friend