Droga – Page 19 – One News

Notifiki

Tliet snin ħabs wara li seraq minn diversi ħwienet

Raġel li reġa’ qabad il-vizzju tad-droga wara ħdax-il sena, intbgħat tliet snin ħabs wara li nqabad jisraq diversi drabi.

Frank Abdilla ta’ 35 sena u li huwa mingħajr impjieg ammetta li bejn is-27 ta’ Frar u 28 ta’ Marzu seraq erba’ darbiet minn diversi ħwienet fil-Belt Valletta.

Aqra aktar

Skontu ċ-ċirkustanzi kienu evidenti – avukat ma kienx se jgħinu jeħlisha

Taljan ta’ 55 sena ammetta għall-akkuża li kien fil-pussess tas-sustanzi tad-droga u li importa d-droga f’ammonti zgħar f’ pajjiżna minn Milan. Giuseppe Marucci kien akkużat li mporta erba’ grammi kannabis u tlett grammi kokaina, iżda qal lill-Qorti li nesa’ li kien qed iġorr il-kokaina fuqu u li jużaha għall-użu personali tiegħu peress li jbagħti mid-depressjoni u jużaha biex tikkalmah.

Aqra aktar

Taljan b’10 kilogrammi droga f’lukanda f’Tas-Sliema – il-Pulizija tosservah u taqbdu

Jiem ta’ osservazzjoni mill-membri tal-iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wasslu biex il-bieraħ filgħaxija jiġi arrestat raġel Taljan ta’ 31 sena u residenti Katanja.

It-Taljan arrestat minn ġo lukanda f’Tas-Sliema, wara li fil-kamra fejn kien qed jirrisjedi nstabu madwar 10 kilogrammi ta’ droga, maħsuba li hija ħaxixa tal-kannabis.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Ippubblikati t-termini ta’ referenza tal-inkjesta dwar il-każ tad-drogi f’Għawdex

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ftit tal-ħin ilu għadu kif ippublika l-ittra ta’ ħatra u t-termini ta’ referenza tal-Inkjesta dwar allegat każ ta’ indħil minn persuni politiċi mhux imsemmija f’każ ta’ arrest ta’ persuni dwar drogi f’Għawdex.

Dan b’referenza għal artiklu li deher fuq il-gazzetta Maltatoday.

Ara l-ittri hawn taħt.

Aqra aktar

Isibu pakketti tas-sigaretti bid-droga fihom fil-Marsa

Ilbieraħ filgħodu, membri mid-Distrett tal-Belt Valletta, wettqu spezzjonijiet f’binja li tinsab Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.

Hemm instabu ammont ta’ pakketti tas-sigaretti, li moħbija fihom kien hemm sustanzi suspettati li huma raża u ħaxixa tal-kannabis. Fuq il-post instabu ukoll diversi oġġetti relatati mat-traffikar tal-istess sustanzi, fosthom miżien elettroniku.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. N. Camilleri LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Send this to a friend