Droga | One News - Part 18

Notifiki

Taljan b’10 kilogrammi droga f’lukanda f’Tas-Sliema – il-Pulizija tosservah u taqbdu

Jiem ta’ osservazzjoni mill-membri tal-iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wasslu biex il-bieraħ filgħaxija jiġi arrestat raġel Taljan ta’ 31 sena u residenti Katanja.

It-Taljan arrestat minn ġo lukanda f’Tas-Sliema, wara li fil-kamra fejn kien qed jirrisjedi nstabu madwar 10 kilogrammi ta’ droga, maħsuba li hija ħaxixa tal-kannabis.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Ippubblikati t-termini ta’ referenza tal-inkjesta dwar il-każ tad-drogi f’Għawdex

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ftit tal-ħin ilu għadu kif ippublika l-ittra ta’ ħatra u t-termini ta’ referenza tal-Inkjesta dwar allegat każ ta’ indħil minn persuni politiċi mhux imsemmija f’każ ta’ arrest ta’ persuni dwar drogi f’Għawdex.

Dan b’referenza għal artiklu li deher fuq il-gazzetta Maltatoday.

Ara l-ittri hawn taħt.

Aqra aktar

Isibu pakketti tas-sigaretti bid-droga fihom fil-Marsa

Ilbieraħ filgħodu, membri mid-Distrett tal-Belt Valletta, wettqu spezzjonijiet f’binja li tinsab Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.

Hemm instabu ammont ta’ pakketti tas-sigaretti, li moħbija fihom kien hemm sustanzi suspettati li huma raża u ħaxixa tal-kannabis. Fuq il-post instabu ukoll diversi oġġetti relatati mat-traffikar tal-istess sustanzi, fosthom miżien elettroniku.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. N. Camilleri LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

IL-EUROPOL TITLOB IT-TAGĦRIF

  • TESTIJIET DWAR IL-PURITÀ TAD-DROGA MISTENNIJA JAGĦTU L-EWWEL RIŻULTAT GĦADA
  • IL-MAĠISTRATURA SPANJOLA TIDĦOL FIL-KAŻ

Il-qabda rekord ta’ droga kokaina nhar il-Ħamis li għadda hija ikbar mill-qabdiet kollha ta’ droga kokaina, magħduda flimkien, li saru mal-fruntiera mill-2007. Dan ma jnaqqas xejn mill-importanza ta’ qabdiet oħra għaliex f’każ bħal dan is-sodisfazzjon tal-uffiċjali tad-dwana jkun ukoll li ġew salvati l-ħajjiet, u kull qabda twassal għal dan.

Però lanqas tipi oħra ta’ droga ma nqabdu f’dan l-ammont. Biex dak li sar nhar il-Ħamis żgur se jibqa’ mniżżel fl-istorja tad-Dipartiment tad-Dwana Maltija.

Skont ċifri uffiċjali li kisbet il-gazzetta KullĦadd mid-Dipartiment tad-Dwana, jirriżulta li bejn l-2007 u l-2016 inqabdu 210kg ta’ droga kokaina. Dan ifisser li f’disa’ snin inqabdu 90kg inqas mill-qabda li saret nhar il-Ħamis. F’dawn il-każi qed nitkellmu dwar droga li tinqabad mal-fruntiera, fejn hemm id-Dipartiment tad-Dwana għandu ġurisdizzjoni.

Tneħħi l-eċċezzjoni tal-2012, meta kien hemm qabda ta’ 142.48kg, il-qabdiet fis-snin l-oħra kienu jvarjaw minn ftit kilogrammi għal massimu ta’ madwar 20kg f’sena.

Aqra aktar

900 persuna kuljum għall-mediċina mid-Detox

Iċ-ċentru tad-Detox, iffrekwentat mill-vittmi ta’ droga li jkunu qed jipprovaw jieħdu kura mill-vizzju, jilqa’ madwar tnax –il persuna ġdida fix-xahar.

Ta dawn id-dettalji t-tabib Moses Camilleri meta kien qed jieħu sehem fil-programm ONE NEWS BREAKFAST.

Aqra aktar

Send this to a friend