Droga – Page 17 – One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 26 sena arrestat b’rabta ma’ droga

 

Iktar ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, kmieni llum waranofsinhar, wasslet għall-arrest ta’ żagħżugħ ta’ 26 sena, residenti l-Imsida, wara li dan kien allegatament qiegħed ibiegħ id-droga fl-akkwati tal-korsa taż-żwiemel, il-Marsa.

B’kollox, il-Pulizija rnexxielha ssib madwar 100 qartas li kien fihom sustanzi x’aktarx kokaina u eroina, moħbija f’pouch li kien qed jintuża mill-istess żagħzugħ.  Jidher li l-istess sustanzi kienu lesti sabiex jiġu traffikati.

Aqra aktar

Ta’ 19-il sena jiġi arrestat wara sejba ta’ droga

Żagħżugħ ta’ 19-il sena ġie arrestat tul il-lejl li għadda fil-Furjana wara sejba ta’ droga.

Il-każ seħħ għall-ħabta tan-00:30 ta’ dal-lejl, waqt li l-Pulizija mill-Għassa tal-Belt Valletta, kienu qegħdin jagħmlu ronda fi Triq San Franġisk, il-Floriana, innutaw vettura suspettuża.

Aqra aktar

Jinżamm arrestat fuq droga

Niġerjan ta’ disgħa u erbgħin sena nżamm arrestat wara li ammetta li kien parti minn ċirku ta’ traffikar tad-droga kokajina.

Is-sentenza fil-konfront tiegħu se tingħata aktar ‘il quddiem wara li l-Maġistrat wissih dwar l-ammissjoni tiegħu.

Iżda b’rasu baxxuta fl-iżbarra, Thomas Uchenna Onyema kkonferma l-ammissjoni tiegħu.

Aqra aktar

17-il persuna arrestati b’rabta ma’ sejba ta’ droga

Ħidma li saret mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, matul il-lejl li għadda, wasslet għall-arrest ta’ 17-il persuna ta’ nazzjonalità Maltija, Rumena, Awstraljana u Estonjana, li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u l-35 sena.

Dawn il-persuni ġew arrestati waqt tfittxijiet li saru f’żona rurali fl-inħawi tal-Imtarfa, wara li fil-pussess tagħhom instabu xi sustanzi illegali, allegatament kokaina, ecstasy, raża u ħaxixa tal-kannabis.  L-ammont ta’ droga misjuba jindika li x’aktarx din kienet għall-użu personali tagħhom.

Aqra aktar

Arrestat raġel wara sejba ta’ droga

 

Wara diversi ġimgħat ta’ ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ilbieraħ, ġie arrestat raġel ta’ 35 sena, residenti Birżebbuġa wara li nstab fil-pussess ta’ 25 kapsola li kien fihom trab abjad, allegatament kokaina u kif ukoll 4 boroż oħra li wkoll kien fihom trab abjad, x’aktarx kokaina.  Flimkien, dawn jammontaw għal madwar nofs kilo droga.

Fil-pussess tal-istess raġel instabet ukoll bag sealer li tissiġilla boroż tal-plastik bħal dawk misjuba fil-pussess tiegħu u li kienu lesti sabiex jiġu traffikati.

Aqra aktar

Jibda għaddej ġuri fuq droga

Niġerjan ta’ 39 beda għaddej ġuri b’rabta ma’ traffikar tad-droga.

Chukwudi Samuel Onyeabor jinsab mixli li disa’ snin ilu assoċja ruħu ma’ Ferdinand Onovo biex jittraffikaw id-droga kokaina.

Aqra aktar

Send this to a friend