Droga – Page 16 – One News

Notifiki

Ħdax-il persuna arrestati wara sejba ta’ droga

Ħidma li saret mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, nhar il-Ġimgħa li għadda, wasslet għall-arrest ta’ erba’ żgħażagħ Maltin li l-età tagħhom tvarja bejn is-17 u 23 sena.  Huma ġew arrestati waqt rejd li sar fi Pjazza San Pawl, il-Ħamrun, wara li nstabu  fil-pussess ta’ droga x’aktarx raża, il-pjanta u l-ħaxixa tal-kannabis.

Dawn il-persuni mistennija jitressqu l-Qorti b’akkuzi relatati ma’ traffikar u pussess ta’ droga fil-jiem li ġejjin.

Aqra aktar

Żewġt irġiel arrestati wara sejba ta’ droga

Iktar ħidma li saret mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, matul il-lejl li għadda ġewwa Paceville, wasslet għall-arrest ta’ żewġt irġiel mis-Somalja li għandhom 21 u 29 sena.

Huma nstabu fil-pussess tal-pjanta tal-kannabis u ta’ droga suspettata kokaina, f’ċirkostanzi li juru li l-istess droga ma kinitx għall-użu esklussiv tagħhom.

Aqra aktar

Il-kannabis l-aktar droga mfittxija f’Malta

Ir-Rapport Annwali tad-Droga, bħal kull sena, ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni f’kull pajjiż Ewropej fejn jidħol il-vizzju tad-droga.

Wera kif 76% fil-mija ta’ dawk li nqabdu bid-droga f’pajjiżna għamlu dan għall-użu personali tagħhom, filwaqt li l-24% fil-mija l-oħra nqabdu bi traffikar.

L-istatistika hija bbażata fuq figuri u informazzjoni miġbura fl-2015.

Meta r-rapport tkellem dwar Malta nnota li bħas-snin preċedenti, il-kannabis baqgħet l-aktar popolari fost dawk bil-vizzju tad-droga, u rrimarka wkoll kif id-drogi llegali fis-suq Malti – speċjalment il-kokaina, l-eroina u l-ecstasy huma fost l-orħos u tal-inqas kwalità fl-Ewropa.

Aqra aktar

Raġel arrestat wara sejba ta’ droga

Xhur ta’ ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra Droga, bl-assistenza tar-Rapid Intervention Unit, ilbieraħ wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 45 sena residenti Santa Venera.

Huwa instab fil-pussess ta’ aktar minn 600 gramma sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, li kienet mqassma ġo diversi boroż tal-plastik lesti biex tiġi traffikata, flimkien ma’ flus kontanti.

Aqra aktar

Sitt irġiel arrestati b’rabta ma’ sejba ta’ droga

 L-iskwadra ta’ Kontra d-Droga, bl-għajnuna tal-membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU), dalgħodu wettqu rejd ġewwa bar f’Bormla.

Ġewwa l-imsemmi bar, instabu diversi qratas tal-plastik, uħud minnhom bi trab abjad, flimkien ma’ mwieżen eletroniċi u sustanzi suspettati droga kannabis u ecstasy lesti sabiex jiġu ttraffikati.

Aqra aktar

Raġel arrestat fl-ajruport wara sejba ta’ droga

 

Ilbieraħ wara nofsinhar, l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga arrestat raġel Grieg ta’ 45 sena fl-ajruport.

Il-raġel ġie arrestat mal-wasla tiegħu ġewwa l-ajruport Internazzjonali ta’ Malta u wara tfittxija li saret fil-bagalja instabu pakketti suspettużi li kienu jikkonsistu f’madwar 3 kilo sustanza bajda, suspettata kokaina.

Bil-każ ġie nfurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr N.Camilleri LL.D fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuħ fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Aqra aktar

Send this to a friend