Droga | One News - Part 15

Notifiki

Jinqabad ġej Malta bi 18-il kilo droga

Ingliż li jgħix Malta nqabad fuq il-katamaran li ġie Malta minn Sqallija bi 18-il kilo ta’ droga kokaina u eroina. Din id-droga kienet fil-vettura tar-raġel ta’ 54 sena u  kienet maqsuma f’sitt kilo kokaina u 12- il kilo eroina. Aqra aktar

Miċħuda t-talba għall-ħelsien tal-priġunier marid b’kilwa; konferma li l-ħabs ma kienx ta’ effett fuq saħħtu

Il-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest  ta’ priġunier marid bil-kliewi.

Christoper Bartolo għamel din it-talba minħabba raġunijiet ta’ saħħa, iżda f’sentenza tal-Qorti ppreseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri u żewġ Imħallfin irriżulta li fil-ħabs Bartolo qed jingħata l-kura meħtieġa.

Aqra aktar

Alġerin ipprova jbigħ id-droga lill-Pulizija

Alġerin ta’ 23 sena ġie arrestat bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd f’Paceville, wara li avviċina numru ta’ Pulizija pajżana u pprova jbegħelhom id-droga. Hu tressaq il-Qorti, fejn ġie akkużat ukoll li kellu fuqu d-drogi kannabis u kokaina f’post fejn jiltaqgħu iż-żgħażagħ.

Aqra aktar

Tlieta arrestati wara sejba ta’ droga lesta biex tiġi ttraffikata

Ilbieraħ filgħaxija, raġel Malti ta’ 39 sena ġie arrestat mill-membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara li fil-pussess tiegħu nstabu diversi qratas tal-kokaina kif ukoll joints tal-kannabis lesti biex jiġu ttraffikati. Huwa ġie arrestat waqt li kien fi stabbiliment f’Buġibba. 

Ir-raġel qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet. 

Intant iktar tard matul il-lejl, membri mit-taqsim tal-Administrative Law Enforecement arrestaw żewġ persuni, Alġerin ta’ 23 sena u Somalu ta’ 21 sena wara li fil-pussess tagħhom instabu sustanzi suspettati kokaina u kannabis li kienu imqasma go diversi qratas lesti sabiex jiġu ttraffikati. 
Aqra aktar

Maġistrat jitlob bidla biex ma jkollux idu marbuta f’każi b’vittmi tad-droga

F’sentenza dwar żewġ żgħażagħ li traffikaw id-droga il-Qorti għamlet diversi osservazzjonijiet dwar bidliet li għandu jkun hemm fil-mod kif il-liġi timxi ma’ dawk li jkunu mexxew id-droga biex imantnu l-vizzju.

F’każ fejn il-persuni akkużati, wieħed minnhom minorenni, illum għandhom familja u għandhom impjieg il-Qorti osservat kif il-liġi xorta titlob minimu ta’ sitt xhur priġunerija bilfors.

Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Joe Mifsud qal li dan m’għandux ikun.

“Il-Qorti li tkun għexet il-proċess għandha titħalla fil-libertà li tagħti direzzjoni permezz tad-deċiżjoni tagħha. Il-piena ta’ sitt xhur priġunerija tassattiva għal traffikar toħloq ċertu inġustizzji minflok ġustizzja,” qalet il-Qorti.

Aqra aktar

Ħdax-il persuna arrestati wara sejba ta’ droga

Ħidma li saret mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, nhar il-Ġimgħa li għadda, wasslet għall-arrest ta’ erba’ żgħażagħ Maltin li l-età tagħhom tvarja bejn is-17 u 23 sena.  Huma ġew arrestati waqt rejd li sar fi Pjazza San Pawl, il-Ħamrun, wara li nstabu  fil-pussess ta’ droga x’aktarx raża, il-pjanta u l-ħaxixa tal-kannabis.

Dawn il-persuni mistennija jitressqu l-Qorti b’akkuzi relatati ma’ traffikar u pussess ta’ droga fil-jiem li ġejjin.

Aqra aktar

Żewġt irġiel arrestati wara sejba ta’ droga

Iktar ħidma li saret mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, matul il-lejl li għadda ġewwa Paceville, wasslet għall-arrest ta’ żewġt irġiel mis-Somalja li għandhom 21 u 29 sena.

Huma nstabu fil-pussess tal-pjanta tal-kannabis u ta’ droga suspettata kokaina, f’ċirkostanzi li juru li l-istess droga ma kinitx għall-użu esklussiv tagħhom.

Aqra aktar

Il-kannabis l-aktar droga mfittxija f’Malta

Ir-Rapport Annwali tad-Droga, bħal kull sena, ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni f’kull pajjiż Ewropej fejn jidħol il-vizzju tad-droga.

Wera kif 76% fil-mija ta’ dawk li nqabdu bid-droga f’pajjiżna għamlu dan għall-użu personali tagħhom, filwaqt li l-24% fil-mija l-oħra nqabdu bi traffikar.

L-istatistika hija bbażata fuq figuri u informazzjoni miġbura fl-2015.

Meta r-rapport tkellem dwar Malta nnota li bħas-snin preċedenti, il-kannabis baqgħet l-aktar popolari fost dawk bil-vizzju tad-droga, u rrimarka wkoll kif id-drogi llegali fis-suq Malti – speċjalment il-kokaina, l-eroina u l-ecstasy huma fost l-orħos u tal-inqas kwalità fl-Ewropa.

Aqra aktar

Send this to a friend