Droga | One News - Part 13

Notifiki

Iwieġeb li mhux ħati li ttrafika d-droga

Jonathan Fenech ta’ tlieta u tletin sena mir-Rabat ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanizja personali ta’ għaxart elef ewro wara li wieġeb mhux ħati li ttraffika d-droga minn stabbiliment li għandu f’San Pawl il-Baħar.

Fenech li jaħdem bħala barman tressaq il-Qorti l-Erbgħa filgħodu mixli bil-pussess u traffikar ta’ droga u li kien qiegħed jopera attività kummerċjali mingħajr il-liċenzja tl-pulizija.

Huwa ġie arrestat fuq il-post fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta li għadda minn uffiċjali tal-pulizija stazzjonati fl-Għassa tal-Qawra fi spezzjoni għall-għarrieda fl-istabbiliment tiegħu.

Aqra aktar

L-24 ta’ Diċembru għadu maħbub minn bosta

Il-Jum ta’ għada, l-24 ta’ Diċembru għadu sinonimu ma’ spirtu sabiħ għal bosta. Ħafna jkun għad fadlilhom xi xiri x’jagħmlu. Imma għadek issib ħafna nies li jħobbu jerfgħu din il-ġurnata biex iżuru ħbieb li jkunu ilhom ma jiltaqgħu jew inkella jħallu propju din il-ġurnata fis-sena biex jerġgħu jġeddu xi ftit memorji u tifkiriet tat-tfulija.

Ma jonqsux l-awguri għalkemm fil-mezzi tal-midja soċjali sirna naraw ħafna kummenti li wieħed m’hemmx għalfejn jistenna dawn il-jiem biex jirreċiproka awguri ta’ xewqat tajba lil dak li jkun. Imma ejja ngħidu li b’mod awtomatiku hekk jiġri u s-soċjeta’ tistimola biex dan jiġri wkoll. Mhux inqas il-midja li żżid l-adrenalina għal dan l-istat ta’ ferħ fin-nies.Aqra aktar

Il-flakka illegali mill-ġimgħa d-dieħla

Permezz t’Avviż Legali li mistenni jkun ippubblikat il-ġimgħa d-dieħla, id-droga sintetika flakka u drogi oħra simili se jsiru illegali f’pajjiżna.

Filfatt, is-sustanza alpha PVP li hija magħrufa fit-triq bħala flakka, se ssir illegali b’dan l-Avviż Legali.

Minbarra l-alpha PVP, dan l-Avviż Legali se jagħmel illegali wkoll żewġ sustanzi oħra – l-4,4-DMAR u l-methoxetamine.Aqra aktar

Jitwaqqaf fl-Ajruport wara sejba ta’ droga

Dan il-lejl uffiċjali tad-dwana flimkien mal-Pulizija tal-iskwadra ta’ kontra d-droga nterċettaw tlett pakketti kokaina u eroina, minn fuq raġel ta’ nazzjonalità Niġerjana li kien dieħel f’ pajjiżna mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.Aqra aktar

Appell għal iktar għarfien dwar il-marijuana

Waqt li kulma jmur qed jirranka d-dibattitu dwar il-legalizzazzjoni tal-użu tal-kannabis, zagħzugħ Malti jsostni li mhux talli ma kintix għalih droga li waslitlu għal drogi oħra, iżda jsostni li għenitu jaqta’ d-dipendenza fuq il-kokaina.

Din hi l-istorja ta’ Mark, żagħżugħ li jsostni li ħajtu nbidlet għall-aħjar mindu beda jpejjep il-ħaxixa. Madankllu jwissi li trid issir distinzjoni bejn marijuana ta’ kwalità u l-ħafna mbarazz li hawn jiġri fl-idejn.

Aqra aktar

Jieħdu r-riedni wara li ntrikbu mid-droga

Ħamest irġiel u żewġ nisa temmew b’success programm tas-Sedqa għar-rijabilitazzjoni mid-droga. Tul is-snin is-Sedqa ħadmet ma’ mijiet ta’ żgħażagħ li sfaw mirkuba mill-vizzju tad-droga. Uħud minnhom reġgħu waqgħu fil-vizzju waqt li oħrajn reġgħu ħadu r-riedni f’idejhom u qabdu t-triq tas-success.

Fic-cerimonja tal-gradwazzjoni tal-bieraħ spikkaw l-esperjenzi tal-irġiel u n-nisa, fosthom ta’ mara li fl-aħħar xhur għamlu sagrificcji kbar biex ħarġu mill-vizzju tad-droga. Aqra aktar

Erba’ rġiel arrestati fil-Marsa

Ħidma mill-membri tar-Rapid Intervention Unit assistiti mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ilbieraħ filgħaxija wasslet għall-arrest ta’ erba’ rġiel, li l-eta’ tagħhom tvarja bejn 20 u 35 sena.Aqra aktar

Bi €82,000 id-dar wara li rċieva pakkett mimli droga

Malti ta’ 40 sena residenti Birżebbuġa wieġeb mhux ħati wara li tressaq il-Qorti hekk kif ilbieraħ, minn tfittxija tal-Pulizija rriżulta li kien fil-pussess ta’ diversi tipi ta’ droga, €82,000 fi flus kontanti u pornografija ta’ minuri fost oħrajn. Il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi tal-akkużat fejn hu baqa’ miżmum taħt arrest hekk kif ma saret ebda talba għall-ħelsien.

Keith Falzon qed ikun akkużat bl-importazzjoni tal-metamfetamina u traffikar u pussess aggravat ta’ drogi kollha li nstabu fil-pussess tiegħu, kif ukoll talli kellu fil-pussess tiegħu materjal pedo-pornografiku, li kkorrompa minuri u kellu attivitajiet magħhom u talli kkommetta ħasil ta’ flus u kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja li kienu imposti lilu mill-Qorti, fost akkużi oħrajn.

Aqra aktar

Send this to a friend