Droga | One News - Part 10

Notifiki

Mara akkużata b’pussess ta’ droga ma tingħatax il-ħelsien mill-arrest

Ersilia Gauci residenti l-Belt u li għandha 42 sena ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest wara li tressqet il-qorti akkużata bi traffikar ta’ droga.

Gauci kienet akkużata li kellha fil-pussess tagħha d-droga li dehret li ma kinitx għall-użu personali. Kienet akkużata wkoll li kienet fil-pussess tad-droga eroina u li hija wkoll riċediva.

Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest.

 

Ikompli l-ġuri ta’ Herman McKay

Daħal fit-tieni jum tiegħu, il-ġuri dwar il-każ ta’ Herman McKay li jinsab mixli bi traffikar ta’ aktar minn nofs kilo doga eroina.

Fil-qorti d-difiża nnutat diskrepanza fix-xhieda li ngħatat fl-elfejn u disgħa minn dik li tal-kuntistabbli fil-qorti matul il-ġuri.

L-akkużat ta’ erbgħa u tletin sena kien arrestat f’nofs Awwissu tal-2007 fi Triq is-Serkin, il-Marsa wara li l-Puluzija irċiviet tagħrif li kien qed jittraffika d-droga.

Aqra aktar

Ħu ħsieb dawn l-għaxar punti…

Bosta huma s-sinjali li wieħed irid jieħu ħsieb meta jkollu bozza ħamra tixgħel fuq l-addiction tiegħu speċjalment fejn tidħol droga.

L-aktar għaxar sinjali komuni li kapaċi jħeġġu relapse huma dawn:

  1. Ġuħ, rabja, għajja. Huwa tajjeb li wiehed jistrieħ kemm għandu bżonn u jibbilanċja ħajtu bejn divertiment, xogħol u mistrieħ.
  2. Emozzjonijiet. Meta dawn ikunu negattivi kapaċi jgiegħelu lill-bniedem jirrikorri għall-użu tad-droga u jiftakar f’memorji antiki tal-passat ikrah.
  3. Stress. Qatt mhu tajjeb li tkun stressjat; sew jekk int addict u anke jekk le. Tajjeb li titgħallem tgħaraf dan u tgħid ‘se nieqaf ftit mil-ġenn tal-ħajja.’
  4. Kunfidenza żejda. Qatt m’għandek taħseb li wasalt xi mkien jew li għax għandek certu ‘clean time’ tista’ sserraħ moħħok. Żomm lilek innifsek alert mingħajr paniku żejjed.
  5. Ansjetà żejda u dipressjoni. Uġiegħ ta’ kull tip, inkluż nuqqas ta’ saħħa fiżikali tajba twassal ukoll għal vendikazzjoni miegħek innifsek. Żomm il-kolp.
  6. Iżolazzjoni soċjali. Jekk tara li qed taqta’ mill-ħruġ anke dak sempliċi, u tispiċċa dejjem f’kamartek, ma trid tara lil ħadd u ma jinteressak xejn, tkellem.
  7. Sess u relazzjonijiet. Huma ħafna li jissuġġerixxu li fl-ewwel sena tal-irkupru, addict ma jkollux relazzjoni. Dan biex ma jassoċċjax mumenti sesswali mal-użu għax ġeneralment ikunu jmorru ħafna flimkien. Jista’ jkun ukoll li jkollok dik li tissejjaħ cross addiction u flok droga, iddur għas-sess.
  8. Ċelebrazzjonijiet żejda. Jista’ jkun li mument pjaċevoli u ta’ ċelebrazzjoni, speċjalment meta jkun hemm ‘peer pressure’ iġiegħelek tieħu drink ta’ darba għax tgħid ‘u iva dak ma jagħmilli xejn’ u ‘jien m’għandix problema ta’ xorb’…dan jista’ jwasslek xorta waħda għal użu b’mod pulit mingħajr ma tinduna.
  9. Ftaħir dwar użu fil-passat. Ma tridx tinnamra ma’ mumenti ta’ pjaċir li ħadt bid-droga. Ħafna drabi, ix-xewqat u l-memorji jibqgħu jiġru warajk u jħajruk tant li jnessuk it-tbatija li batejt ħabba l-użu.
  10. Postijiet relatati. Evita postijiet marbuta mad-droga, jew fejn hemm droga aċċessibbli. Ftakar li int qatt ma int b’saħħtek aktar minnha, allura EVITA.

F’każ ta’ relapse, jigifieri li taqa’, tkellem mill-ewwel u ċedi…tħallihiex terġa’ taħkmek. Ftakar li din id-darba, il-waqa’ tkun agħar, allura iġbor lilek innifsek mill-ewwel.

 

Jintbagħat ħmistax-il xahar ħabs

Jesmond Aquilina magħruf bħala l-Lembut intbagħat 15-il xahar ħabs u ġie mmultat €1,000 wara li fil-Qorti nstab ħati ta’ traffikar tad-droga eroina kif ukoll pilloli Valium.

Il-każ seħħ f’April tal-1998 meta raġel iddaħħal l-isptar San Luqa b’overdose.  Fi stqarrija l-vittma stqarr li xtara l-pilloli mingħand Aquilina f’Bormla u ħallsu b’karti tal-LM20 li rriżultaw li kienu foloz.

Il-pulizija kienet għamlet tfittxija fuq Jesmond Aquilina kif ukoll fir-residenza tiegħu fejn b’kollox instabulu 77 pillola safra suspettata Valium.

Madankollu ebda traċċa ta’ eroina ma nstabet.

Inħeles mill-akkużi wara li ried jieħu l-ħtija flok ħuħ

Raġel li kien akkużat b’pussess tad-droga inħeles mill-akkużi fil-konfront tiegħu wara li fil-qorti xehed kif hu ried jieħu l-ħtija tal-każ flok ħuħ.

Russell Buhagiar ta’ sitta u tlettin sena kien akkuzat li fil-pussess tiegħu nstabet d-droga kokaina li ma kinitx għal użu personali tiegħu u kannabis. Il-pulizija kellha suspett f’ ħuħ, Andre Buhagiar.

Għaldaqstant, fl-Lulju tal-2008 kien sar raid fid-dar tal-familja. Fil-kamra tal-banju nstabet id-droga u affarijiet oħra relatati. Il-mandat ta’ arrest kien fil-konfront ta’ Andre Buhagiar.

Iżda siegħat wara li sar ir-raid, Russell Buhagiar mar għand il-pulizija u qal li d-droga u l-oġġetti l-oħra kienu tiegħu. Iżda fix-xhieda tiegħu fil-qorti Russell Buhagiar qal li huwa iffabrika l-istorja sabiex jeħel hu flok ħuħ.

Xehed ukoll ħuħ Andre Buhagiar li qal d-droga u affarijiet relatati kienu tiegħu. Qal li ħuħ m’għandu xejn x’jaqsam. Għaldaqstant il-qorti ħelset lill-akkużat minn kull akkużi.

Maqbuda 330 kilo marijuana b’valur ta’ 3 miljun ewro x’aktar iddestinata lejn Malta

330 kilo marijuana ġet issekwestrata f’Ragusa fi Sqallija kif ukoll ġew arrestati żewġ persuni; it-tnejn Sqallin. Id-droga kienet x’aktarx iddestinata lejn Malta skond siti tal-aħbarijiet Sqallin.

Il-valur tad-droga jaqbeż it-3 miljun ewro u skond l-istess rapporti f’ siti tal-aħbarijiet Sqallin, din qed titqies bħala l-akbar qabda li qatt saret fil-provinċja ta’ Ibla.

Jidher li d-droga nstabet f’qiegħ falz ta’ trailer. Il-pulizija ta’ kontra d-droga nnutaw xi irregolaritajiet u talbu dokumenti lil Massimo Battaglia ta’ 39 sena u Carmelo Incardona ta’ 52 sena.

Dawn ma kkoperawx magħhom. Fi tfittxija ġo waħda mid-djar tal-arrestati nstabet ukoll arma tan-nar li kienet insterqet ftit xhur ilu.

Arrestata persuna fuq droga

Ġuvni ta’ 28 sena residenti l-Ibraġġ ġie arrestat illum mill-pulizija tal-iskwadra ta’ kontra d-droga.

Waqt tfitxija li saret fuq il-persuna tiegħu, huwa nstab fil-pussess tas-sustanza suspettata kokaina, amfetamina, pilloli suspettati ecstasy, u xi sustanza oħra suspettata LSD.
Aqra aktar

Tifel ta’ erbattax-il sena jinżamm arrestat

Tifel ta’ erbatax-il sena nżamm arrestat fid-diviżjoni tal-minuri tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin wara li wieġeb ħati li seraq rota li tiswa aktar minn ħames mitt ewro.

It-tifel li jagħmel użu mid-droga ġie mixli li seraq ir-rota l-Erbgħa li għadda mill-Birgu.

Aqra aktar

Bil-Filmati: Nirien jaħkmu ċentru ta’ rijabilitazzjoni tad-droga

Nirien ħakmu ċentru ta’ rijabilitazzjoni tad-droga f’baku, il-kapitali tal-Ażerbajġan, fejn mietu minn tal-inqas sitta u għoxrin persuna.

Filmati li xxandru fuq it-televiżjoni tal-pajjiż juru nirien ħerġin mit-twieqi mbarrati ta’ binjiet għoljin sular wieħed biss.

L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Ażerbajġan qalet li erba persuni ttieħdu l-isptar. Il-kawża tan-nirien għadha mhix magħrufa.

Send this to a friend