dramm – One News

Notifiki

‘Filium Dei’- id-dramm tal-Ġimgħa l-Kbira 2019 minn Senglea Drama Group

Għal dawn l-aħħar għaxar snin, grupp tad-drama fil-lokalita’ tal-Isla, illi jġib l-isem ta’ Senglea Drama Group, dejjem ħa ħsieb sabiex itella’ drammi għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-sena, dan l-istess grupp qed iħejji bil-preparamenti tiegħu sabiex jippreżenta dramm ieħor għal dawn iż-żminijiet. Id-dramm ta’ din is-sena bl-isem ‘Filium Dei’, huwa dramm fuq il-ħajja, il-mewt u l-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Waqt dan id-dramm, dawk kollha illi ser jattendu għalih, se jkunu jistgħu jgħixu flimkien mal-atturi, l-istorja ta’ dak illi ġie fostna sabiex isalva lill-umanita’ mid-dnub.Aqra aktar

ARA: x’jiġri meta l-bniedem imur kontra Alla?

‘Id-Driegħ t’Alla’ huwa dramm fi tliet atti li l-Kumpanija Teatrali Anici se ttella’ fis-Sala Dun Edgar tal-Imġarr, nhar is-Sibt u l-Ħadd 10 u 11 ta’ Novembru 2018.

Dan huwa dramm qawwi ħafna li jurina x’jiġri meta l-bniedem joħodha kontra l-volontà t’Alla. L-imħabba tal-bniedem kultant tagħmina, għax naħsbu bħala bnedmin li aħna, u meta ġieli niġu għal ċerti deċiżjonijiet li nkunu ser inbatu aħna, nitfixklu u forsi wkoll nissuppervjaw.Aqra aktar

Bir-Ritratti: Ma niċħdek qatt – mill-Faċilità korrettiva ta’ Kordin

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, flimkien mal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona u l-kelliem għall-Oppożizzjoni Beppe Fenech Adami attendew għad-dramm ‘Ma niċħdek qatt’ imtella’ mill-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl u mid-direzzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Aqra aktar

Send this to a friend