Doping – One News

Notifiki

Jiltaqa’ l-bord konsultattiv dwar l-entità tal-integrità fl-isport

“Għandek għaqdiet sportivi li ma għandhomx ir-riżorsi biex jinvestigaw, każijiet ta’ doping u ma għandhom riżorsi biex jinvestigaw. Każijiet ta’ korruzzjoni, hemmhekk tidħol din l-entità illi tati l-għajnuna kollha neċessarja biex tkun tista’ tgħinhom jinvestigaw”, dawn huma kliem Chris Bonnett Chairman tal-bord il-ġdid ta’ kontra d-doping. Aqra aktar

32 atleti Russi appellaw kontra l-esklużjoni tagħhom mill-loghob Olimpiku tax-xitwa

Dawn jinkludu atleti li kienu ġew sospiżi fuq l-iskandlu doping liema sospensjoni ġiet iddikjarata nulla mill-Qorti ta ‘ arbitraġġ għall-Isport (CAS) l-ġimgha li għaddiet. Id-deċiżjoni ser tittieħed f’seduta annwasli li ser ssir nhar l-Erbgħa, jumejn qabel il-logħob.

Il-Kumitat internazzjonali Olimpiku (IOC) stieden 169 atleta Russu li jikkompetu bħala atleti indipendenti f ‘ Pyeongchang wara li pajjiżhom kien ipprojbit li jippartecipa wara l-iskandlu doping fl-Olimpjadi ta’ Sochi. 43 atleta Russi kienu pprojbiti għall-ħajjithom wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni IOC li sabet evidenza ta’ doping sponsorjat, mill-Istat Russu.

Aqra aktar

Putin ma jaqbilx

Il-President Russu Vladimir Putin qal li huwa inġust li l-atleti Russi se jibqgħu projbiti minn kompetizzjonijiet internazzjonali, fosthom l-Olimpjadi ta’ din is-sena f’Rio.

Il-Federazzjoni tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Atletika ddeċidiet li ma tneħħix is-sospensjoni li kienet imposta wara akkużi li kien hemm użu ta’ sustanzi illeċiti appoġjat mill-istat.

Atleti individwi jistgħu jikkompetu bħala newtrali jekk jagħtu prova li mhumix ħatja.

Aqra aktar

Send this to a friend