Donald Trump – Page 7 – One News

Notifiki

Laqgħa bejn il-President tal-Korea ta’ Fuq u taċ-Ċina

Il-President tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un iltaqa’ mal-President taċ-Ċina Xi Jinping. F’din il-laqgħa ġew diskussi kwistjonijiet bilaterali fejn il-President Ċiniż iddikjara li jaqbel mat-taħditiet li kienu qed isiru bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Istati Uniti. Din hija t-tieni laqgħa bejn iż-żewġ kapijiet f’inqas minn xahrejn hekk kif f’Marzu li għadda kienet saret laqgħa sigrieta bejn it-tnejn f’Beijing.

Aqra aktar

Ara: Il-Korea ta’ Fuq u l-Iżvezja f’laqgħat bilaterali qabel żmienhom

 

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq iltaqa’ f’laqgħat bilaterali fi Stokholma mal-Prim Ministru Svediż Stefan Lofven. Dan sar qabel il-laqgħa li mistennija jkun hemm bejn il-President Donald Trump u l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Un.

Fil-passat l-Isvezja mexxiet diversi laqgħat ta’ medjazzjoni bejn Washington u Pyongyang.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fl-Iżvezja qal li d-diskussjonijiet ser jiffukaw fuq it-tensjonijeit bejn il-Korea ta’ Fuq u dik ta’ Isfel.

Din iż-żjara mistennija tibqa’ għadejja sa nhar il-Ħadd li ġej.

Kien il-ġimgħa l-oħra lill-President Trump aċċetta l-istedina tal-mexxej Korean biex jiltaqgħu għad-diskussjonijiet.

Dan ħasad lil bosta għall-fatt li ż-żewġ mexxejja heddew u insulentaw lil xulxin għal xhur sħaħ.

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan isir jaf li tkeċċa permezz ta’ tweet minn Trump

 

Il-President Amerikan Donald Trump keċċa lis-Segretarju tal-Istat Rex Tillerson. Postu se jieħdu d-direttur tas-Central Intelligence Unit Mike Pompeo.

F’messaġġ fuq Twitter, Trump irrangrazzja lil Tillerson għal ħidmietu, u qal li s-Segretarju tal-Istat il-ġdid se jagħmel xogħol mill-aqwa.

Trump jhedded li se japplika taxxi fuq karozzi mill-Unjoni Ewropea

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump kompla bil-gwerra tiegħu bil-kliem fuq tariffi tan-negozju, hekk kif hedded li japplika taxxa fuq karozzi importati mill-Unjoni Ewropea. Trump qal li pajjiżi oħra ħadu vantaġġ minn fuq l-Istati Uniti għal ħafna snin minħabba l-ftehimiet tan-negozju li hu ddeskrivihom bħala stupidi.

Il-kwistjoni bdiet fil-jum tal-Ħamis meta Trump wiegħed li jimponi tariffi għoljin fuq importazzjoni tal-azzar u aluminium. Xi ħaġa li ġabet rispons iebes min-negozjanti u kritika mill-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Rapporti qalu li kapijiet tal-kummerċ fi ħdan l-Unjoni Ewropea qed jikkunsidraw tariffi ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija fuq importazzjoni mill-Istati Uniti, wara l-proposta ta’ Trump ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija tariffa fuq azzar importat u għaxra fil-mija fuq l-aluminium.

Uffiċjal armat kien fuq barra tal-iskola waqt l-attakk fi Florida

L-uffiċjal tal-iskola li kien armat, ġie mlaqqam beżżiegħ mill-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, waqt li ddefenda l-azzjonijiet tiegħu waqt l-attakk li seħħ fl-iskola ta’ Marjory Stoneman Douglas.

Scot Peterson kien fuq barra tal-iskola meta agressur qatel sbatax-il persuna iżda ma daħalx fuq ġewwa meta waqfu l-isparaturi. L-avukat tiegħu, Joseph DiRuzzo, qal li l-klijent tiegħu emmen li l-isparaturi kienu ġejjin minn barra l-iskola.

DiRuzzo qal li mhux veru li Peterson kien beżżiegħ fil-jum tal-attakk.

Indħil mir-Russja fl-elezzjoni tal-Istati Uniti

L-Istati Uniti ppubblikat lista ta’ mija u erbatax-il politiku Russu u sitta u disgħin oligarka, uħud minnhom qrib tal-President, bħala parti mil-liġi ta’ sanzjonijiet immirata li tikkastiga r-Russja għall-indħil fl-elezzjoni tal-Istati Uniti.

Minkejja dan, l-Istati Uniti qalet li dawk imsemmija ma ntlaqtux bis-sanzjonijiet il-ġodda.

Il-kungress għaddha din il-liġi f’Awissu li għadda, bil-President Donald Trump ffirmaha waqt li għamel ir-riservi tiegħu dwarha ċari.

Send this to a friend