Donald Trump – Page 3 – One News

Notifiki

Trump imħasseb dwat il-mibegħda fl-Amerka

Il-President Amerikan, Donald Trump, intlaqa’ bi protesti u rabja kbira waqt iż-żjara tiegħu F’Texas. Trump żar lill-ħaddiema tal-emerġenza kif ukoll persuni li salvaw mill-attakk ta’ sparar fuq il-massa li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għadda f’El Paso fl-istat ta’ Texas. El Paso hija waħda miż-żewġt ibliet li seħħew sparaturi li ħasdu l-ħajja ta’ 31 persuna. Aqra aktar

Trump iniedi l-kampanja tiegħu għall-Elezzjoni Presidenzjali tal-2020

Il-President Amerikan Donald Trump nieda b’mod uffiċċjali l-kampanja elettorali tiegħu għall-Presidenza tal-Istati Uniti bit-tema ‘keep this team in place’.

Huwa nieda l-kampanja tiegħu waqt rally fl-Istat Amerikan ta’ Florida, li għaliha attendew eluf ta’ partitarji Repubblikani. Hawnhekk huwa nfexx f’attakki kontra l-avversarju Demokratiċi tiegħu, li saħansitra akkużahom li pruvaw jiżirgħu il-firda fil-pajjiż.

“Inwegħdkom li mhu se niddiżappuntakom qatt”, qal Donald Trump, li f’eku tal-kampanja tiegħu għall-elezzjoni tal-2016, reġa’ wiegħed lill-elettorat li se jibqa’ jittrasforma l-Amerika f’pajjiż aħjar.

“Mhux bi ħsiebni nsib komrpomess għax-xewqa li nibni ħajt mal-fruntieri Messikani”- Donald Trump

Il-President Amerikan Donald Trump irrifjuta li jsib kompromess għax-xewqa tiegħu li jibni ħajt fuq il-fruntieri Messikani. Huwa qal li m’għandu ebda ħsieb li jnaqqas il-fondi li huwa kien qed jitlob, u rrepeta t-theddida li jiddikjara emerġenza Nazzjonali jekk il-fond ta’ aktar minn ħames biljun Dollaru Amerikan ma jkunx allokat.

Intant, b’rabta ma’ dan, iċ-Chief of Staff il-ġdid tiegħu Mick Mulvaney qal li x-shutdown tal-Gvern mistenni jieħu aktar fit-tul. Dan minkejja li d-Demokratiċi Amerikani qed jirrifjutaw li jappoġġjaw l-allokazzjoni ta’ dawn il-flus għal kawża daqshekk “immorali”.

Send this to a friend