Donald Trump – Page 11 – One News

Notifiki

Trump u l-immigranti l-aktar li qed jinkwetaw lill-Maltin

Skont għadd dejjem jikber ta’ ċittadini Ewropej sħubija fl-Unjoni Ewropea hija ħaġa tajba. Skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-perċezzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej, iċ-ċifri jikkorrispondu għal dawk milħuqa fl-2007 qabel ma faqqgħet il-kriżi ekonomika.

L-istħarriġ, ikkummissjonat mill-Parlament Ewropew, juri li 64% tal-Maltin iqisu li sħubija fl-Unjoni Ewropea hija ħaġa tajba. Din iċ-ċifra hija 7 punti perċentwali ogħla mill-fehma tal-medja taċ-ċittadini Ewropej (57%).

Aqra aktar

Min ta l-pariri lil Trump biex jitfa’ l-missili fuq is-Sirja?

Waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li kellha riperkussjonijiet kbar mill-Presidenza ta’ Trump u li qajjmet ukoll numru ta’ kontroversji hija l-attakk tal-missili fuq is-Sirja. Izda, l-mistoqsija ta’ bosta f’dawn il-mumenti tkun min ta l-pariri lill-President Trump biex jieħu d-deċiżjonijiet? Mistoqsija li issa tista’ tiġi mwieġba.

Aqra aktar

L-AMERKA TATTAKKA LURA MINN POST FIL-MEDITERRAN

L-Istati Uniti wettqu attakk bil-missilli kontra s-Sirja wara l-attakk bil-kimiċi li seħħ f’Belt maħtufa minn ribelli fil-provinċja Idlib.

Uffiċjali mill-Pentagon stess ikkonfermaw li 59 missilla Tomahawk ġew sparat ftit qabel il-ħamsa ta’ filgħodu, ħin Sirjan, minn post fil-Lvan tal-Mediterran.

F’indirizz televiżiv, il-President Amerikan Donald Trump qal li l-bażi li attakkaw hija l-post minn fejn tnieda l-attakk bil-kimiċi, iżda dan qed ikun miċħud mis-Sirja.

Għexieren ta’ persuni ċivili, inkluż tfal, mietu fl-atakk nhar it-Tlieta.

Trump jgħid li l-Istati Uniti se ssolvi t-theddida nukleari mill-Korea ta’ Fuq

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump qal li l-Istati Uniti se ssolvi t-theddida nukleari mill-Korea ta’ fuq, bl-għajnuna u mingħajr taċ-Ċina.

F’intervista mal-Financial Times, Trump qal li jekk iċ-Ċina mhux ser issolvi l-Korea ta’ fuq, l-Istati Uniti ser tagħmel dan u ddikjara li jemmen totalment li jista’ jirnexxi waħdu.

Aqra aktar

Żvelati l-ewwel dettalji dwar id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta’ Trump

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, ħallas $38 miljun f’taxxa fuq dħul ta’ aktar minn $150 miljun fl-2005, dan skont ftit dettalji mhux uffiċjali li ġew żvelati minn sorsi dwar id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta’ Trump.

Iż-żewġ paġni bid-dettalji tad-dikjarazzjoni tat-taxxa juru wkoll li hu ddikjara $103 miljun f’telf, skont informazzjoni li ġie żvelat mill-istazzjon MSNBC.

Aqra aktar

“Ġib evidenza” – messaġġ lil Donald Trump

Is-Senatur Repubblikan tal-Istati Uniti Ben Sasse appella lill-President Amerikan Donald Trump biex jipprovdi evidenza li ssaħħaħ l-allegazzjonijiet tiegħu kontra Barack Obama.

Dan wara li lbieraħ, fuq Twitter, Trump akkuża lil-predeċessur tiegħu bi spjunaġġ fuq it-telefonati li għamel xahar qabel ġie elett.

Aqra aktar

Send this to a friend