domestika – One News

Linji gwida għal rapportaġġ ġust dwar vjolenza domestika

Fl-aħħar għaxar snin ħmistax-il mara nqatlu f’inċident ta’ vjolenza domestika waqt li ħmistax fil-mija tan-nisa f’Malta ta’ ‘l fuq minn ħmistax-il sena ġarrbu vjolenza fiżika jew sesswali mis-sieħeb jew mill-qraba tagħhom. Każijiet u delitti ta’ vjolenza domestika, li issa l-midja għandha gwida ċara ta’ kif tirrapportahom.

Aqra aktar

Ommijiet vittmi ta’ vjolenza minn uliedhom

Huma mija l-każijiet ta’ vjolenza minn tfal fuq il-ġenituri tagħhom li ħadmet magħhom il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjajli matul din l-aħħar sena.

Il-Kap Eżekuttiv Alfred Grixti qal ma’ ONE NEWS li din hija realtà ġdida li qed isiru jafuha grazzi għall-koperazzjoni mal-iskejjel.

Aqra aktar

Reġa’ taħt arrest wara tliet ijiem

Raġel akkużat bi vjolenza domestika u stupru, li ngħata l-ħelsien mill-arrest bil-garanzija, reġa’ ittieħed fil-kustodja tal-Pulizija wara rikors mill-Avukat Ġenerali lill-Qorti tal-Appell.
Minkejja li l-Qorti tal-Maġistrati ta l-ħelsin mill-arrest lill-Ħamruniż ta’ tnejn u tletin sena fuq garanzija personali ta’ €5,000, €1,000 depożitu u l-ordni li ma jersaqx lejn l-eks sieħba tiegħu, il-Qorti tal-Appell qablet mal-Avukat Ġenerali li fid-dawl li r-raġel kellu akkużi kontrih ta’ reati simili, kien hemm riskju li jerġa’ jsir vjolenti.

Il-Qorti nnotat ukoll li l-akkużat ammetta li jaf fejn qed tgħix l-eks sieħba tiegħu. Kien maqbul ukoll li peress li l-vittma u x-xhieda prinċipali kienu għadhom ma tawx ix-xhieda tagħhom fil-każ, huwa fl-aħjar interess tal-amminsitrazzjoni tal-ġustizzja, li għallinqas sa’ ma dawn jagħtu x-xhieda, jinżamm taħt arrest.

Wara bibien magħluqa, nisa u tfal ġew abbużati dan il-Milied

Wara bibien magħluqa, dik il-bikja fi skiet u għajta ta’ għajnuna – il-vjolenza domestika tiżdied matul il-festi.

Dan qalitu Bernardette Briffa li taħdem bħala social worker f’xelter ta’ emerġenza għal nisa u tfal. Hija spjegat li f’dawn il-jiem ta’ festi, kellha numru ta’ każijiet li fil-maġġoranza tagħhom l-mara li kienet vittma ta’ vjolenza domestika tkun ħarbet mill-gallarija – bit-tama li ssib l-għajnuna mingħajr ma tirriskja li l-agressur jsir aktar vjolenti.

Aqra aktar

Chairperson ġdid għall-Kummisjoni dwar il-Vjolenza Domestika

Joseph Gerada kien maħtur bħala Chairperson tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika. Dan filwaqt li l-Att dwar il-Vjolenza Domestika se jsir Att dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika. 
  
Iċ-chairperson ġdid intgħażel fil-kuntest li l-gvern qed jaħdem fuq il-linji tal-kampanja HeForShe tan-Nazzjonijiet Magħquda.  
L-għan tagħha hu li jkun hemm is-sehem tal-irġiel u tas-subien bħala l-aġenti tal-bidla kontra l-inugwaljanzi li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet, fosthom dawk ġejjin mill-vjolenza fuq in-nisa.

Send this to a friend