dokumentarju – One News

Notifiki

Id-dokumentarju ‘The Giant Deep Reds’ ingħata żewġ Platinum Awards

Id-dokumentarju ‘The Giant Deep Reds‘ ta’ Chris u Maurice Micallef ġie mogħti 2 Platinum Awards kemm fil-kategorija Feature Documentary, kif ukoll fil-kategorija ta’ Trailer fil-Mindfield Film Festival  li sar, fl-Istati Uniti. Dan id-dokumentarju rnexxielu wkoll jikseb id-Diamond Award għal Muntagg Viżiv. Id-dokumentarju ddettaljat jiffoka fuq kif jinqabad it-tonn kif ukoll kif jsir it-tkabbir tat-tonn fil-fish farms gewwa pajjizna. Dan id-dokumentarju ghandu filmati f’Malta, f’Carloforte-Sardinia, Salerno l-Italja, Cadiz-Spanja u s-suq ta’ Tsukiji l-Gappun. Aqra aktar

Inrawmu d-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet permezz tal-istorja u l-kultura

‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’ ħolqu dokumentarju bl-isem ta’ Lest We Forget, li jikkommemora l-75 anniversarju tal-Konvoj ta’ Santa Marija fl-2017.

Dan il-proġett kien possibbli permezz ta’ finanzjament miksub mill-fond Komunitajiet Kreattivi, fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti. Dan id-dokumentarju ġedded il-memorja kollettiva ta’ membri mill-komunità tat-Tlett Ibliet li għexu dan l-avveniment storiku. Dawn in-nies ġew intervistati minn studenti tal-Kulleġġ Santa Margerita.

Aqra aktar

Send this to a friend