djar – One News

Notifiki

Raġel jingħata aktar minn €300,000 kumpens wara li tilef lill-martu fi splużjoni fin-Naxxar fl-2008

Armel li tilef lil martu fi splużjoni f’garaxx fin-Naxxar għaxar snin ilu, se jingħata €312,280 f’kumpens li se jkunu mħallsa minn mart ir-raġel responsabbli minn din l-isplużjoni.

Ir-raġel, Peter Sammut, kien talab li jingħata kumpens lilu u liż-żewġ uliedu wara li l-isplużjoni qatlet lil martu, Sina, lura fl-2008.

L-isplużjoni seħħet fi Triq Ħal Dgħejf, in-Naxxar, wara li Paul Camilleri, il-ġar tar-raġel, kien qed jagħmel xogħol tan-nar fil-garaxx tiegħu. Huwa wkoll tilef ħajtu kawża tal-isplużjoni. Aqra aktar

Kim Kardashian, Lady Gaga, u ċelebritajiet oħrajn sfurzati jħallu djarhom minħabba n-nirien f’Kalifornja

Bosta ċelebritajiet kienu affettwati min-nirien qattiela li ħakmu l-Istat Amerikan ta’ Kalifornja. Ħafna minnhom kellhom jevakwaw djarhom, u saħansitra wħud mid-djar tagħhom inqerdu għal kollox kawża tan-nirien.

Jidher li l-familja Kardashian hija l-aktar familja ċelebrità affettwata. Id-dar ta’ Caitlyn Jenner inqerdet għal kollox ilbieraħ, iżda hi tinsab sikura f’dar oħra. Khloè Kardashian ħalliet darha ma’ bintha, True, u qed tgħix ma’ ħuha Robert sakemm ikun sikur biżżejjed biex tirritorna lura f’darha f’Malibu. L-istess jista’ jingħad għal Kim Kardashian, Kourtney Kardashian, u l-iżgħar aħaw fil-familja, Kendall u Kylie Jenner.Aqra aktar

10,000 sottomissjoni għal regolarizazzjoni

Is-sidien tal-propjetà li jixtiequ jirregolarizzaw il-propjetà mhux sanzjonabbli tagħhom fit-12-il xahar li ġejjin, mhux se jeħlu spiża żejda ta’ 25%

Dan intqal fi stqarrija mill-Awtorità tal-Ippjanar wara rispons eċċezzjonali fl-applikazzjonijiet li rċivew fl-aħħar sentejn li kienu jammontaw għal għaxart elef sottomissjoni.Aqra aktar

ARA: Il-Gvern jindirizza problemi ta’ kirjiet antiki b’emendi ġodda

Il-Gvern daħħal fis-seħħ emendi fl-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar sabiex jiġu indirizzati l-problemi tal-kirjiet antiki li ġejjin minn ċnus li kienu wkoll s-suġġett ta’ deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali u mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dan bil-għan li jinħoloq bilanċ bejn id-drittijiet tal-proprjetarju ta’ dar residenzjali u dawk tal-kerrej li jkun fi ħtieġa ta’ protezzjoni u b’hekk il-kerrej igawdi b’mod aħjar il-pussess tad-dar residenzjali.Aqra aktar

Linji gwida dwar kuluri għal faċċati tad-djar

Dak li jagħmel pajjiżna uniku mhuwiex biss l-ikel jew il-kultura iżda anke id-dehra, ta’ kif jidhru l-ibliet u l-irħula tagħna. U huwa propju hawn fejn il-poplu irid jagħti sehmu biex l-propjetà tiegħu tikkumpliment karatteristiċi tal-lokalitajiet tagħna.

Fl-isfond li f’dan iż-żmien dak li jkun ifittex ilesti xogħol marbut mad-dar, One News stħarreġ dwar x’inhuma l-linji gwida għad-dehra tal-faċċati tad-djar. Aqra aktar

Jibqa’ jikber il-proġett soċjetà ġusta

Persuni b’diżabilita se  jkunu aktar indipendenti filwaqt li jgawdu minn residenzi ġodda fi tliet lokalitajiet differenti.

Residenzi li huma aċċessibbli u li huma pjanati bil-għan li joffru l-aqwa spazju għal persuni bi bżonnijiet differenti.

Fost dawn ir-residenzi, hemm dik f’Ħaż-Żabbar li hija l-ewwel tax-xorta tagħha f’pajjiżna. 

Aqra aktar

Send this to a friend