distretti – One News

Notifiki

Tgħaddi ta’ Beppe Fenech Adami

L-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista kellu laqgħa twila lbieraħ filgħaxija li damet sa tard billejl dan wara li d-deċiżjoni ta’ liema distrett kellu jċedi Beppe Fenech Adami qajmet dibattitu sħiħ. Dan għaliex, Beppe Fenech Adami ma riedx iċedi t-tmien distrett, bir-raġuni tkun li għal snin twal dan id-distrett kien marbut mal-kunjom Fenech Adami. Fil-fatt, wara dibattitu sħiħ u sigħat ta’ battibekki għaddiet ta’ Beppe Fenech Adami hekk kif huwa se jkun qed iċedi is-seba’ distrett.

Aqra aktar

Bidla fid-Distretti Elettorali… Ara l-mappa

Il-Kummissjoni Elettorali irrevediet il-konfini elettorali fid-dawl li 11 mit-12-il distrett elettorali f’Malta fihom 5% fil-mija iżjed jew ħamsa fil-mija inqas mill-għadd ta’ votanti li hemm f’Għawdex.

Fir-rapport tagħha, li d-Deputat Prim Ministru Louis Grech poġġa fuq il-mejda tal-Mamra, il-kummissjoni qed tipproponi li jkunu emendati d-distretti kollha minbarra d-disa’ wieħed. Aqra aktar

Id-distretti elettorali – minn April 2017 mhux se jibqgħu kif nafuhom

L-eżerċizzju għar-reviżjoni tal-konfini tat-13-il distrett elettorali, li għaddejja fuqu bħalissa l-Kummissjoni Elettorali, wasal fil-fażi finali tiegħu. Dan skont tagħrif ippubblikat fit-Torċa llum.

Ir-Reġistru Elettorali li se jkun ippublikat dan ix-xahar mhux se jkollu r-reviżjoni li qed issir. Iżda sorsi qrib il-Kummissjoni Elettorali qalu lill-gazzetta li wara li r-reviżjoni tad-distretti tiġi approvata u ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern, ir-Reġistru Elettorali t’April tas-sena d-dieħla jrid juri d-distretti l-ġodda.

Fl-artiklu huwa spjegat li l-Kummissjoni Elettorali għandha tirrevedi l-konfini tad-distretti b’intervall ta’ mhux inqas minn sentjen u mhux aktar minn ħames snin minn mindu dawn ikunu ġew riveduti. L-aħħar reviżjoni kienet f’April 2012, għalhekk iż-żmien tal-għeluq issa huwa Mejju 2017.

Aqra aktar

Send this to a friend