dimensja – One News

Notifiki

Il-Pulizija titlob l-għajnuna biex tinstab mara bid-dimensja li ġiet irrappurtata nieqsa

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex tinstab Mary Muscat, mara bil-kundizzjoni tad-dimensja, li nhar it-18 ta’ April 2019 ġie irrappurtata nieqsa. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Muscat dehret l-aħħar fis-17 ta’ April tard bil-lejl.

Kull min għandu xi nformazzjoni dwar Mary Muscat, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq 21224001 jew 119.

L-informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija wkoll fl-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra.

ARA: 7,081 jbatu mid-dimensja f’pajjiżna

F’pajjiżna hawn 7,081 persuna li jbatu bid-demensja. 2,032 huma rġiel, filwaqt li 5,049  Dan ħareġ minn studju li sar mill-kumpanija Grant Thorton u ġie pprezentat f’Buisness Breakfast li kien indirizzat mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Antony Agius Decelis. Aqra aktar

Dritt għal kwalità ta’ ħajja tajba lil nies bid-dimensja

Id-dimensja hija riżultat ta’ numru ta’ kundizzjonijiet, l-iżjed il-marda tal-Alzheimer. Is-sintomi tagħha huma diversi u jistgħu jaffettwaw lin-nies b’modi differenti. Din hi marda progressiva u waħda li ġġib magħha vjaġġ ta’ uġigħ ta’ qalb u wġigħ ieħor għall-persuni u għal min ikun jieħu ħsiebhom.

Aqra aktar

Send this to a friend