dijabete – One News

Notifiki

Jitqassmu l-istikek tad-dijabete kollha lill-pazjenti Maltin u Għawdxin

Persuni li jbatu mill-marda tad-dijabete u li huma reġistrati fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, il-POYC, bdew jaslulhom l-ittri li jintitolawhom għall-ġbir ta’ stikek tad-dijabete mill-istess spiżeriji. B’hekk tlesta l-proċess ta’ din il-forma ta’ tqassim u issa kull persuna f’Malta u f’Għawdex li tbati mill-marda tad-dijabete u li tieħu mediċina biex tikkontrolla din il-kundizzjoni għandha din il-faċilità, u kif pjanat sa tmiem din is-sena se jkun intlaħaq kull min hu intitolat.Aqra aktar

ATTENT META JĦABBAT IL-BIEB f’ĦAL QORMI

Ġuvni samrani li jista’ jkun li huwa barrani qiegħed iħuf fit-toroq ta’ Ħal Qormi u jagħmel ta’ bir-ruħu li qiegħed jiġbor il-flus għal pazjenti morda bid-dijabete.

F’telefonata li għamlet mara ma’ ONE NEWS spjegat li fi Triq il-Vitorja f’Ħal Qormi, dan il-ġuvni beda jħabbat bieb bieb u beda jitlob il-flus lir-residenti f’dawk l-inħawi.

Qatlu lil binhom bil-ġuħ u ħallewh mingħajr kura

Il-ġenituri ta’ żagħżugħ ta’ ħmistax-il sena nstabu ħatja bi qtil wara li ħallew lit-tifel tagħhom mingħajr kura għad-dijabete u bil-ġuħ. Emil u Rodica Radita ħallew lit-tifel tagħhom Alexandru fi stat ta’ negliġenza għal snin twal li waslet biex it-tifel jitlef ħajtu.

Aqra aktar

30,000 persuna bid-dijabete jibbenefikaw minn tliet miżuri li tħabbru fil-baġit

Mill-ewwel jum tal-2017, mat-30,000 pazjent f’Malta li għandhom id-dijabete, qed jibbenefikaw minn 3 mizuri mħabbra fil-baġit : nuċċali tal-vista, antibijotiċi u kura dentali. Dawn kollha mingħajr ħlas.

Il-pazjenti bil-karta r-roża diġà kienu qed jibbenefikaw minn dawn il-miżuri, iżda b’deċiżjoni li kienet ittieħdet lura fl-2012, dawk bil-karta s-safra kienu qed jitilfu dawn is-servizzi b’xejn.

Aqra aktar

Send this to a friend