diesel – One News

Notifiki

Il-PM jikkummenta kif tneħħiet iż-żieda fil-faqar ta’ żmien il-PN

Iddeskriva t-tnaqqis fil-faqar bħala punt importanti ħafna. “Il-ġid mhux biżżejjed toħolqu imma int trid tqassmu,” qal Joseph Muscat li fisser kif ix-xogħol tal-istat hu li jaħseb fiż-żgħir mid-dħul li għamel hu. Spjega kif bejn l-2008 u l-2013 kien hemm żieda ta’ 18,000 f’dawk f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali u dawn niżlu b’16,000 fl-aħħar ħames snin.

Aqra aktar

Bl-istabbiltà, prezz medju irħas mill-Unjoni Ewropea

Analiżi teknika ġimgħa b’ġimgħa mill-ewwel xahar tal-amministrazzjoni Laburista, li b’rabta mal-prezz tal-fuel għażlet l-istabbiltà, turi kif f’dan il-perjodu l-prezz tal-fuel f’Malta kien aħjar minn dak medju fl-Unjoni Ewropea.

Għal 152 ġimgħa mill-aħħar tliet snin u għaxar xhur il-prezz medju tal-petrol f’Malta kien irħas minn dak fl-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li fi tmienja minn kull għaxar ġimgħat il-konsumatur Malti ħallas prezz irħas mill-Unjoni Ewropea. Fil-każ tad-diesel il-konsumatur Malti ħallas prezz inqas f’sitt ġimgħat minn kull għaxra. Biex il-prezz tad-diesel f’Malta kien irħas f’117-il ġimgħa. B’hekk din l-analiżi ġabet fix-xejn ukoll rapport fit-Times of Malta li l-konsumatur Malti ħallas iktar prezz tad-diesel.

Aqra aktar

Żieda ta’ 8% fil-prezz taż-żejt

Il-prezz taż-żejt żdied bi tmienja fil-mija biex laħaq l-ogħla livelli f’ħames ġimgħat. Dan wara li wħud mill-pajjiżi li l-iktar li jipproduċu żejt ħadu deċiżjoni li jnaqqsu l-produzzjoni għall-ewwel darba mill-2008. Deċiżjoni meħuda bil-għan li jżommu l-prezz.

Aqra aktar

Fl-Italja jogħlew…

Filwaqt li kienet evitata, għall-inqas għall-2017, iż-żieda fil-VAT, mill-ewwel ta’ Jannar mistennija żieda fil-prezz tal-petrol u tad-diesel fl-Italja.

 

Iż-żieda mistennija tkun ta’ madwar nofs ċenteżmu tal-ewro kull litru. Dan kuntrarju għal dak li qed jiġri f’pajjiżna, fejn il-prezzijiet tal-fuel baqgħu stabbli dan is-sajf sal-aħħar ta’ Settembru. F’Ottubru, għall-11–il darba f’din il-leġislatura, reġgħu raħsu l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, filwaqt li l-prezzijiet internazzjonali taż-żejt żdied b’6%.

Aqra aktar

Jerġgħu jorħsu l-prezzijiet tal-fjuwil

Il-prezzijiet tad-diesel u tal-pitrolju reġgħu raħsu din id-darba b’żewġ ċenteżmi kull wieħed, għalhekk il-prezz tad-diesel għada se jkun ta’ €1.14 u tal-pitrolju €1.14. Din hija l-ħdax-il roħs fil-prezzijiet tal-fjuwil fi tlett snin ta’ Gvern Laburista.

Aqra aktar

Send this to a friend