deputat Prim Ministru | One News

Notifiki

Jiddaħħlu l-pjanti tal-bank tad-demm

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) issottomettiet proposti lill-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta’ faċilitajiet ġodda għas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, Bank tad-Demm, li fil-preżent huwa allokat fl-Isptar San Luqa. Il-proġett, stmat li jiswa madwar €12-il miljun, se jsir fil-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann u se jsir fil-viċinanzi tal-Isptar Mater Dei. Aqra aktar

Sms b’appuntament għall-isptar tal-onkoloġija u l-isptar Boffa

Pazjenti li jkollhom appuntament bħala outpatients fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo u fl-Isptar Pawlu Boffa min-nofs il-ġimgħa li għaddiet bdew ikunu mfakkra bl-appuntament tagħhom billi jintbagħtulhom messaġġi fuq it-telefown ċellulari tagħhom. Tfakkira li ssir darbtejn: għaxart ijiem u jumejn qabel l-appuntament rispettivament.

Aqra aktar

Louis Grech mhux se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali, jgħid li “l-PL l-unika għażla”

Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech mhux se jerġa joħroġ għall-elezzjoni ġenerali.

Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat. Qal li għamel l-għażliet personali li għażel li kellu jagħmel fil-fażi tal-ħajja li jinsab fiha.

Louis Grech se jibqa’ fil-kariga sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura. Se jibqa’ jservi ta’ konsulent u jattendi l-laqgħat tal-Kabinett tal-Ministri, jekk il-PL jerġa’ jitla’ fil-Gvern.

“Tkun taf meta jkun żmien li trid tagħlaq kapitlu fl-istorja ta’ ħajtek” qal Grech, filwaqt li qal li dan il-kapitlu kien mill-isbaħ.

Illejla fl-Iklin Grech qal li qatt fl-istorja tal-pajjiż ma kien hemm Gvern li wettaq daqshekk proposti u miżuri daqs dan il-Gvern Laburista, u ssottometta lilu nnifsu għal skrutinju biex jiżgura li dak li wiegħed wettqu. “M’hemm ebda gomma li se tħassar dak li wettaqna f’dawn l-erba’ snin” qal Grech. Żgura lil dawk preżenti li se jkun preżenti fil-kampanja. Qal li huwa Gvern Laburista li Malta għandha bżonn u li se jkompli jiggarantixxi l-aqwa żmien ta’ pajjiżna.

Tkellem dwar il-prinċipji tal-ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali, l-opportunitajiet għal kulħadd u qal li dawn huma dawk il-prinċipji li ħaddan Partit Laburista, u dawn jagħluh kredibbli. Aqra aktar

SEGWI HAWN Facebook Live tal-Prim Ministru wara l-mass meeting

F’messaġġ permezz ta’ filmat fuq is-sit soċjali Facebook il-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat qal li jinsab kuntent li fit-3 ta’ Ġunju l-poplu Malti se jkun jista’ jiddeċiedi d-direzzjoni ta’ dan il-pajjiż. Jekk il-pajjiż għandux jimxix ‘il quddiem jew jekk għandniex inreġġgħu l-arloġġ lura, jekk immorrux għal aktar xogħol jew nerġgħu nibdew bil-qgħad.

Il-Prim Ministru qal kif ma nistgħux inħallu l-koalizzjoni tal-kaos iddaħħal l-instabbiltà fil-pajjiż. Muscat qal li d-deċiżjoni tiegħu hi deċiżjoni li jrid juri r-responsabbiltà tiegħu bħala Prim Ministru.

“Jien minix bniedem li qiegħed mkaħħal mas-siġġu tal-poter. Jien irrid inkun hawnhekk biex inservi lilkom. Id-deċiżjoni tat-3 ta’ Ġunju li ġej hija ċara. Lil min tridu Prim Ministro tal-pajjiż; lili jew lil Simon Busuttil? Id-deċiżjoni se tkun f’idejkom,” temm jgħid il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

Send this to a friend