demm – One News

Notifiki

Il-Kunsilli Lokali se jibdew jassistu l-Bank tad-Demm

Il-Kunsilli Lokali u ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm iffirmaw ftehim li permezz tiegħu huwa maħsub li jinġabru mal-elf borża demm aktar fis-sena.

Dan tħabbar waqt l-iffirmar ta’ Memorandum of Understanding bejn ċ-Ċentru għat-Trasfużjoni tad-Demm u l-Assoċċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.Aqra aktar

“Meta ġejt bżonn, sibt, u nħeġġeġ lin-nies biex jibqgħu jagħtu d-demm!”- Il-Kuntistabbli Simon Schembri

“L-għoti tad-demm importanti kif ġejt bżonnu jien tista tiġi bżonnu int! Agħti d-demm!”.

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Kuntistabbli Simon Schembri meta żar il-bank tad-demm. Schembri kellu bżonn ammont ta’ demm meta kien qed jissielet għal ħajtu fit-taqsima tal-kura intensiva fl-isptar f’Mejju li għadda. Dan wara li spiċċa mkaxkar mal-400 metru f’Ħal Luqa waqt li kien qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu ta’ Uffiċjal tal-Pulizija. Aqra aktar

Talba urġenti għad-demm!!!

Il-bank tad-demm qed jagħmel appell lill-pubbliku wara li lbieraħ ir-riserva tad-demm tat-tipi tad-demm A positive u A negative kienu baxxi, issa tbaxxiet ukoll ir-riserva tad-demm O positive.

Aqra aktar

Sejħa għal aktar donazzjonijiet tad-demm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa għad-donazzjonijiet tad-demm partikolarment minn dawk li għandhom demm A positive u A negative.

Dan in-nuqqas fir-riserva ta’ demm li qed jiġi ikkawżat mis-safar, kif ukoll miż-żmien meħtieġ li wieħed irid iħalli wara li jkun siefer.

Is-Servizz qed jitlob li min ġie lura mis-safar u jixtieq jagħti d-demm għandu jċempel 8007 4313 jew 7930 7307 u  jiddiskuti l-eliġibiltà tiegħu.Aqra aktar

Persuni gay se jkunu jistgħu jagħtu d-demm fi żmien sitt xhur

Fi żmien sitt xhur, persuni gay se jkunu jistgħu jagħtu d-demm.

Ħabbar dan id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne meta żar ix-xogħol ta’ rinovar li sar fuq il-mobile blood donation unit, li dagħodu kien barra l-Parlament.

Il-Ministru Fearne qal li l-Gvern żamm mal-wegħda elettorali tiegħu, sabiex persuni gay ma jiqbgħux ikunu diskriminati u jkollhom ċans li jagħtu d-demm, ladarba jilħqu kriterji meħtieġa.

Għal dan il-għan se jdaħħal apparat tal-aħħar teknoloġija – “NAT Testing”. Dan l-apparat se jkun qiegħed janalizza d-demm ta’ kulħadd qabel jingħata lill-pazjenti, inkluż dawk tal-persuni gay.Aqra aktar

Sejħa urġenti għad-demm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jitlob donazzjonijiet ta’ demm speċjalment O Negative. Kull min jaf li għandu dan it-tip ta’ demm hu ġentilment mitlub biex jiġi jagħti d-demm illum. Aqra aktar

Sejħa urġenti għad-demm

Il-Bank Nazzjonali tad-Demm ħareġ b’sejħa urġenti għad-demm jekk jista’ jkun anke mill-illum stess.

Il-pubbliku huwa mfakkar li jieħu l-karta tal-identità, filwaqt li min ġie lura mis-safar f’dawn l-aħħar 4 ġimgħat u jixtieq jagħti d-demm, jew jixtieq jistaqsi xi mistoqsija relatata mal-għoti tad-demm hu mitlub iċempel fuq 80074313.

Aqra aktar

ARA: Li ma kienx għad-donaturi tad-demm kieku jien mhux hawn

Li ma kienx għad-donaturi tad-demm kieku jien m’għadnix hawn. Dan kien kliem Janet, omm u nfermiera li seba’ snin ilu ħakmita l-marda tal-kanċer.

Li kieku ma kinex għad-donaturi tad-demm jiena llum il-ġurnata m’għadnix hawn. it-tip ta’ kanċer li ħakimni kien akut u kelli bżonn trnasfużjonijiet tad-demm għax kien qed joqtolni bil-mod il-mod. li kieku mhux għalihom jiena kieku t-tifel m’għandux omm illum il-ġurnata u ommi u missieri jkunu tilfu t-tieni wild.

Tul il-kors tal-fejqan Janet kellha bżonn tirċievi numru sostanzjali ta’ boroż ta’ demm kif ukoll trapjant tal-mudullun. Illum Janet qed taħdem bħala infermiera u minkejja li saħħitha ma tippermettix li tagħti demm hija xorta ħeġġet lil dawk li jistgħu, sabiex iżuru l-bank tad-demm.

Corazon Mizzi, kantanta u preżentatriċi wkoll qasmet l-esperjenza tagħha fir-rigward u spjegat kif ftit tas-snin ilu kienet kwa’i tilfet ħajjitha li ma kienx għad-donaturi tad-demm li pprovdewla demm rari ħafna.

Jiena naħseb li qatt m’int se tkun taf meta se tiġi s-siegħa tiegħek. jiġifieri inti qatt ma tista’ tgħid id-destin fejn iwasslek bħal ma kontx naf jien għax tiegħi kien inċident sorpriża ma kontx qed nistennih u mnalla kien hemm lesti l-boroż jiġifieri mnalla kienu d-donaturi tad-demm li ma qadux jistennew id-domanda, ma qadux jistennew lil xi ħadd jgħidilhom isma mur agħti d-demm kienu hemhekk pronti għalija biex jiena noħodhom straight away meta kelli bżonnhom u b’hekk jiġifieri ssir il-ġid. l-unika kelma li nista ngħid hija grazzi.

Dawn iż-żewġ esperjenzi ġew irrakontati waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji għad-Donaturi tad-Demm fil-palazz ta’ San Anton. Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca spjegat dwar l-importanza u rringrazzjat lill-eluf ta’ donaturi li regolarment iżuru l-bank tad-demm.

Il-President rringrazzjat lill-ħaddiema tal-Bank tad-demm għad-dedikazzjoni u passjoni li għandhom. Hija rringrazzjat ukoll lid-donaturi kollha li xi darba jew oħra taw id-demm. Faħħret ukoll kif pajjiżna huwa xempju tad-donazzjoniji altruwistika.

Fi tmien ta’ din l-attività, l-President qassmet numru ta’ unuri lil diversi donaturi, fosthom lis-Sur John Micallef Engerer li fi tletin sena li ilu donatur ta aktar minn mitt borża demm li eventwalment inagħtaw lil madwar tliet mitt pazjent fil-bżonn.

Huwa sostna li ħadd ma għandu jixaħħam mal-marid ghax din id-donazzjoni altruwista tista’ tfisser id-differenza bejn ħajja u mewt.

Send this to a friend