delta summit – One News

Notifiki

“Proset Malta”- Direttur Ġenerali fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea dwar sehem Malta fil-Blockchain

“Impressjonat b’dak li rajt. Iltqajt ma’ rapreżentanti minn tal-Gvern Malti u b’dak li tfassal minn aspett ta’ leġiżlazzjoni u ideat ġodda dwar kif ikunu ċċertifikat applikazzjonijiet bbażati fuq blockchain huwa żvillupp impressjonanti. Proset Malta”

Dan intqal minn Roberto Viola, Direttur Ġenerali ta’ DG Connect, responsabbli mill-politika tal-Kummissjoni Ewropea biex jinħoloq suq diġitali waħdieni.Aqra aktar

“L-industrija kienet qed titlob regolamentazzjoni sensibbli mingħajr ma toħnoq l-innovazzjoni. Dan hu dak li tat Malta”

 

Meta kien qed jindirizza lill-aktar minn 3,500 persuna li attendew għad-Delta Summit, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri spjega l-vjaġġ li bdiet Malta sena ilu sakemm waslet għal fejn hi qegħda llum, jiġifieri bi tliet liġijiet li joffru ċertezza legali lil dawk li joperaw fis-settur tal-Blockchain.Aqra aktar

“Minn kull rokna tad-dinja, il-kelma Blockchain hija assoċjata ma’ Malta”- Il-PM fil-ftuħ tad-Delta Summit

Quddiem 3,500 persuna, ħafna minnhom persuni barranin li jaħdmu fil-qasam tal-Blockchain, tas-settur finanzjarju u dak legali, il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza d-Delta Summit. Summit li huwa l-avveniment uffiċjali tal-Gvern Malti għall-Blockchain u l-Innovazzjoni.

Minn Tokyo għal Torino, minn Hong Kong għal Helsinki, minn New York għal Nairobi. Pajjizna, issa ingħaqad ma dawn il-pajjizi fejn tidħol il-Blockchain.Aqra aktar

Filmat: Il-PM Joseph Muscat jiftaħ id-Delta Summit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jagħmel id-diskors tal-ftuħ tad-Delta Summit. Summit kruċjali qed jittella’ għall-ewwel darba f’pajjiżna, fejn ‘il fuq minn 3,000 persuna qed isegwu ħidmet pajjiżna fis-settur tal-Blockchain.

“Malta tispikka ħdejn pajjiżi oħra”- il-kantanta Imogen Heap fl-ewwel diskussjoni tad-Delta Summit

“Malta tispikka ħdejn pajjiżi oħra”, kien fost l-ewwel kummenti tal-kantanta Imogen Heap, li minħabba l-involviment tagħha fl-industrija tal-mużika teknoloġika, tinsab f’pajjiżna għad-Delta Summit. Propju llejla ngġata bidu għal dan is-summit, fejn ‘il fuq minn 3,000 persuna jinsabu pajjiżna biex isegwu dak li Malta qed tagħmel fil-qasam tal-blockchain.Aqra aktar

Xi tfisser id-DELTA Summit għal Malta?

Il-jiem ta’ bejn it-3 u 5 t’Ottubru se jitfgħu dawl fuq dak li kiseb pajjiżna f’temp ta’ ftit xhur fil-qasam diġitali, partikolarment f’teknoloġiji ġodda magħrufa bħala Distributed Ledger Technologies , bħall-Blockchain.  Dan permezz tad-DELTA Summit, li se jiġbor fih l-aktar nies voċiferi li huma l-uċuħ ta’ Rivoluzzjoni Blockchain, jew kif isejħulha l-esperti, ir-Raba’ Rivoluzzjoni Industrijali b’impatt daqs l-invenzjoni tal-Internet.

Id-DELTA Summit se tesponi lil Malta bħala d-dar għall-innovazzjoni ekonomika, il-post li jilqa’ t-teknoloġja ġdida, u bħala l-għażla naturali għall-investituri li joperaw f’dan il-qasam.

Malta saret l-ewwel ġurisdizzjoni fid-dinja li toffri qafas regolatorju li jirregola dan il-qasam b’mod li ma joħnoqx l-innovazzjoni.  Il-Gvern ra li jagħti ċertezza legali lil dan is-settur, liema ċertezza hija bbażata fuq 3 prinċipji, l-istabilità tas-suq, l-integrità tas-suq u protezzjoni lill-konsumatur. Viżjoni li kienet milqugħa ferm, b’kumpaniji ewlenin f’dan il-qasam ħabru d-deċiżjoni tagħhom li jirrilokaw jew li jkollhom xi tip ta’ preżenza f’Malta.Aqra aktar

Send this to a friend