delimara – Page 4 – One News

Notifiki

F’Delimara kważi kollox lest

Fi żjara li għamel One News fl-impjant il-ġdid tal-Powerstation ta’ Delimara, osservajna li kollox jinsab lest biex fiż-żmien li ġej, il-Powerstation tibda taħdem bil-gass.

L-impjant li huwa magħmmar bil-makkinarju kollhu possibli biex f’pajjiżna, għall-ewwel darba, jkollna impjant li ma jaħdimx bl-iktar żejt li jniġġeż.

Aqra aktar

Kuntratt li jsaħħaħ l-operat fil-Powerstation

Electro Gas Malta għadha kif iffirmat kuntratt ma’ Ocean Installer, fi żvilupp ġdid għall-proġett tal-Powerstation il-ġdida ta’ Delimara.

Din hija kumpanija Norveġiża rinomata fit-tpoġġija ta’ sistemi taħt il-baħar. Din is-sistema t’enerġija se tkun imqabbda m’opra tal-baħar sorġuta permezz t’ankri b’saħħithom f’Marsaxlokk.

Aqra aktar

Oppożizzjoni li tipprova tħawwad biex tgħatti

Gvern Laburista rnexxielu jbiddel is-settur tal-enerġija minn wieħed ibbażat fuq l-użu ta’ heavy fuel oil għall-enerġija ġġenerata bil-gass. Il-kontijiet raħsu b’25%, filwaqt li dan il-Gvern biddel l-Enemalta minn kumpanija f’xifer falliment għal waħda li qed tagħmel il-flus.

Fi stqarrija, il-Gvern spjega kif oppożizzjoni negattiva qed tagħżel li tipprova tħawwad il-fatti bil-għan li tgħatti n-nuqqasijiet tagħha f’25 sena.

Infatti dan il-kliem qalu fid-dawl li l-Partit Nazzjonalista reġa’ prova jixħet dubji dwar il-ftehim li dan il-Gvern laħaq max-Shanghai Electric Power, għall-użu tal-Power Station ta’ Delimara.

Aqra aktar

Send this to a friend