delimara – Page 3 – One News

Notifiki

ILLUM TIDĦOL L-EWWEL KONSENJA TA’ GASS

Illum tidħol l-ewwel konsenja ta’ gass f’pajjiżna, għall-impjant il-ġdid tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, bħala parti mill-proġett ta’ dan il-Gvern fejn tidħol enerġija.

Konsenja storika għax tfisser li pajjiżna mhux se jibqa’ jiddependi fuq il-heavy fuel oil u se jibda juża l-gass fil-ġenerazzjoni tal-elettriku tiegħu.

F’Dellimara hemm preżenti l-Ministru responsabbli mill-proġett, Konrad Mizzi, u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Maroš Šefčovič.

Aqra aktar

L-aħħar festi biż-żejt f’Delimara

Milied ta’ bidla fil-powerstation ta’ Delimara. Kien l-aħħar wiehed minn kemm ilha li nfetħet erba u għoxrin sena ilu li ġġenerat l-elettriku permezz tal-heavy fuel oil u bdiet it-triq biex is-sena elfejn u sbatax tara l-qalba tant mistennija għal gass.

Aqra aktar

Xi jrid iħallilek Simon Busuttil

Kienu tmien konsorzji internazzjonali li tefgħu l-offerta biex ikunu huma li ineħħu ċ-ċumnija l-kbira tal-power station ta’ Dellimara, b’ONE NEWS huwa infurmat li bħalissa l-Enemalta qed tevalwa l-offerti.

Ladarba t-tender ikun aġġudikat u x-xogħol fuq l-impjant il-ġdid ikun lest għal kollox, iċ-ċumnija tkun tista tibda tiżżarma għaliex għal dan ix-xogħol diġa’ nkiseb il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Iċ-ċumnija ta’ Dellimara tkun tista’ titneħħa biss meta tkun qed taħdem il-power station il-ġdida biex id-daħna sewda li r-residenti ġieli nnotaw issir xi ħaġa tal-imgħoddi.

Fil-fatt, fl-aħħar jiem reġgħu dehru fuq il-midja soċjali ritratti ta’ daħna sewda fuq Marsaxlokk riżultat tal-fatt li l-impjant magħruf bħala Dellimara One kien qiegħed jerġa’ jinxtegħel wara manutenzjoni.

Aqra aktar

Dokumenti b’rabta mal-permess tal-impjant li jaħdem bil-gass issa għall-iskrutinju pubbliku

 Fi stqarrija l-Gvern qal li jilqa’ b’sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tad-dokumenti b’rabta mal-permess tal-impjant il-ġdid li ser jaħdem bil-gass. Dawn id-dokumenti li ġew ippubblikati mill-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi issa jinsabu għall-iskrutinju tal-pubbliku.

Kif dejjem seħħ, il-pubblikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti saret skont il-proċess kif iddettat mill-istess Awtorità u f’konformità mar-Regolamenti tal-2013 dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali (AL 10 tal-2013). Il-proċess ta’ konsultazzjoni jsegwi dak li nbeda fis-snin li għaddew matul  il-proċess tal-applikazzjoni għall-iżvilupp. F’kull stadju sar proċess ta’ konsultazzjoni pubblika skont kif mitlub mir-regolamenti applikabbli.

Aqra aktar

L-applikazzjoni għall-installazzjoni tal-impjant tal-gass se tkun għall-konsultazzjoni pubblika għal 30 jum

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) se tkun qiegħda tniedi għall-konsultazzjoni l-applikazzjoni għall-istallazjoni tal-impjat tal-gass f’Delimara.

Il-perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ tletin jum huma parti mir-regolamenti, peress li l-istallazzjoni jaqa’ taħt il-proċess imsejjaħ Integrated Pollution Prevention and Control (IPPC), taħt ir-regolamenti dwar emmissjonijiet industrijali. Il-pubbliku se jkun jista’ jara u jikkummenta dwar l-applikazzjoni.

F’dan il-perjodu, l-ERA se tipprovdi aċċess għad-dokumenti relatati, fuq is-sit elettroninku tagħha, fl-uffiċji tal-ERA u fil-kunsilli lokal fejn hemm proposta l-applikazzjoni. Se jkun hemm sessoni pubblika lejn l-aħħar tal-perjodu ta’ konsultazzjoni. Fl-aħħar ta’ perjodu ta’ konsultazzjoni, bord tal-ERA se jieħu deċiżjoni, waqt laqgħa li se tinżamm fil-pubbliku.

 

 

Send this to a friend