delimara – Page 2 – One News

Notifiki

Jibda t-twaqqigħ tal-impjant u ċ-ċumnija tal-HFO f’Delimara

Fl-ewwel mitt jum ta dan il-Gvern bdiet titwaqqa’ ċ-ċumnija tal-powerstation ta’ Delimara. L-ogħla struttura fil-pajjiż fejn ix-xogħol tat-twaqqigħ se jieħu sa massimu ta’ sena.
Enemalta plc bdiet iżżarma l-aħħar impjant tal-heavy fuel oil fid-Delimara Power Station, kif ukoll iċ-ċumnija twila tiegħu.

Ftit tal-jiem ilu, l-kuntratturi tat-twaqqigħ tal-Kumpanija qatgħu u bdew ineħħu żewġ pajpijiet kbar li kienu jgħaqqdu l-boilers tal-heavy fuel oil ta’ dan l-impjant maċ-ċumnija. Fl-istess waqt, ħaddiema oħra bdew iżarmaw wieħed mill-istess boilers ukoll. Dan il-proġett, li mistenni jitlesta f’madwar sena, jinkludi t-twaqqigħ sħiħ taċ-ċumnija tal-konkos u l-ħadid, li tiżen kważi 9,000 tunnellata, jew madwar 6,000 karozza, kif ukoll il-boilers, it-turbini u t-tagħmir kollu ta’ dan l-impjant.Aqra aktar

F’Settembru jibda l-iżmantellar taċ-ċumnija l-kbira ta’ Delimara

Illum, l-Awtorità għall-ambjent u r-riżorsi, l-ERA ħadet żewġ deċiżjonijiet importanti b’rabta mal-Power Station ta’ Delimara u dik tal-Marsa. Deċiżjonijiet li se jwasslu biex l-iżmantellar taċ-ċumnija tad-Delimara jibda f’Settembru.
Dan hekk kif il-bord approva l-permessi għall-iżmantellar ta’ partijiet tal-power station ta’ Delimara u dik tal-Marsa.
Il-permess b’rabta mal-impjant f’Delimara jinkludi l-iżmantellar taċ-ċumnija u l-istrutturi marbuta mal-ħidma f’Phase 1 f’Delimara flimkien mat-turbini tal-gass f’Delimara 2a u 2b, Delimara 3 u t-terminal ta’ Delimara 4 operat minn Electrogas.

Il-permess dwar il-power station tal-Marsa jitratta l-iżmantellar tal-maġġoranza tal-istrutturi li għad baqa’ fis-sit.

Dan flimkien mal-kontinwazzjoni fl-operat tat-turbina tal-gass ‘open cycle’ u ż-żamma tat-tank tal-ħażna tal-‘gas oil’ f’każ ta’ bżonn ta’ emerġenza.
Il-permessi tal-IPPC jigarantixxu li jilħqu numru ta’ obbligazzjonijiet ta’ moniteraġġ li l-operaturi jridu jilħqu tul l-erba’ snin li fihom huma validi l-permessi.
Dan flimkien ma’ kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-iżmantellar biex ikun assigurat il-livell meħtieġ għall-protezzjoni tal-ambjent.

Aqra aktar

Iċ-ċumnija għall-konsultazzjoni

  • L-ERA TIKKONSULTA DWAR IŻ-ŻARMAR TA’ DELIMARA 1

M’għandniex dubju li ħadd mhu se jgħid le għall-proġett aħħari, iżda, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi hija marbuta li tikkonsulta fuq iż-żarmar tal-impjanat ta’ Delimara 1 u dan il-proċess għaddej bħalissa. Dik kienet il-power station li taħdem bil-heavy fuel oil u li kemm ilu inawgurat l-impjant tal-gass m’għadhiex tintuża.

Wara proċess ta’ konsultazzjoni li jinsab miftuħ sal-24 ta’ Lulju imbagħad issir laqgħa pubblika għar-residenti tal-akwati u l-pubbliku ġenerali. Wara l-laqgħa biex ingħata l-permess għat-tanker tal-LNG fl-aħħar xhur, din tkun it-tieni laqgħa pubblika ta’ din l-importanza li jkollha l-ERA.Aqra aktar

Jintlemaħ denfil f’Dellimara

Jiem bħal-lum iqabduk l-aptit li tmur sa ħdejn il-baħar, tilgħaq ix-xemx u forsi tgħum xi ftit. Iżda żgur mhux forsi li jekk tkun fuq il-baħar f’Dellimara ma tkunx qed tistenna li tkun int li tilmaħ denfil igawdi t-temp bħalek.

Persuna li kien qed igawdi jum Sajfi fuq dgħajsa kellu x-xorti li jilmaħ denfil propju f’Dellimara u għal din l-okkażjoni ħa ritratt biex dan il-mument żgur ma jintesa qatt.

Aqra aktar

IPPUBBLIKATI L-KUNTRATTI FIL-QASAM TAL-ENERĠIJA

Wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-proġett tal-enerġija tal-Gvern, kif imwiegħed, il-Gvern beda jippubblika d-dokumenti kollha relatati mal-ftehim bejn l-Enemalta u l-Electrogas.

Mijiet ta’ paġni mqassma fi tmien kuntratti li jħarsu lejn fażijiet u proċessi differenti li jirregolaw il-ftehim bejn l-Enemalta u l-istess Electrogas, li kienet intagħżlet bħala l-konsorzju preferut biex topera l-impjant tal-gass magħruf bħala Delimara 4. Kuntratti li jħarsu lejn trasferiment, implimentazzjoni, ix-xiri tal-elettriku, il-provvista tal-gass u oħrajn.

Aqra aktar

Deidun isostni l-pożizzjoni favur l-impjant tal-gass

Il-Professur Alan Deidun, espert ambjentali, li f’isem l-għaqdiet ipoġġi fuq il-bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għamilha ċara li fid-deċiżjonijiet li jieħu jkun qed jirrappreżenta lill-għaqdiet li magħhom jitkellem kontinwament. Il-Professur Deidun kien qed jirreaġixxi għall-kummenti f’Dissett tal-opinjonista, Simon Mercieca, li prova jitfa’ dubji kemm fid-deċiżjoni tiegħu favur l-impjant tal-gass f’Novembru li għadda Deidun kien qed jirrappreżenta l-għaqdiet ambjentali. Deidun u Mercieca it-tnejn jgħallmu l-Università u fuq Facebook Deidun kiteb: “B’kollegi bħal dawn min irid għeddewa?”

Aqra aktar

“Kuntenti ħafna” – Joseph Muscat

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea b’rabta mal-impjant tal-gass u l-garanzija bankarja lill-Electrogas, fejn kien analizzat ukoll jekk din tiksirx ir-regoli tal-istate aid, issa hija lesta u l-konklużjoni hi li l-proġett tal-impjant tal-gass f’Dellimara huwa konformi mar-regoli kollha Ewropej.

Ħabbar dan dalgħodu l-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea li waqt żjara f’Dellimara mal-Ministru Konrad Mizzi żvela kif id-deċiżjoni se tkun waħda formali fis-sigħat li ġejjin.

Din hija r-reazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

“Commission approves support for Delimara Gas and Power Energy Project in Malta”

Qed nippubblikaw b’mod sħiħ stqarrija tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjant tal-gass f’Dellimara.

Kif indikat dalgħodu mill-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, wara investigazzjoni bir-reqqa, il-Kummissjoni Ewropea tat l-approvazzjoni tagħha għall-proġett u l-garanzija bankarja li għamel il-Gvern Malti xhur ilu.

Żewġ affarijiet li tant tkellmet kontra tagħhom l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.Aqra aktar

Il-Kummissjoni Ewropea tapprova l-proċeduri użati u l-proġett tal-impjant tal-gass

  • Ma tiksirx ir-regoli tal-‘istate aid’
  • Tiġi fix-xejn il-kampanja ta’ Simon Busuttil.

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea b’rabta mal-impjant tal-gass u l-garanzija bankarja lill-Electrogas, fejn kien analizzat ukoll jekk din tiksirx ir-regoli tal-istate aid, issa hija lesta u l-konklużjoni hi li l-proġett tal-impjant tal-gass f’Dellimara huwa konformi mar-regoli kollha Ewropej.

Aqra aktar

Send this to a friend