delimara – One News

Notifiki

Id-dħaħen mill-power stations f’Delimara naqsu bi 3.8% fl-2018

Il-qalba li pajjiżna għamel għall-gass mill-heavy fuel oil qed tkompli twassal għan-nuqqas ta’ emissjonijiet fl-arja b’ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li matul is-sena li għaddiet, id-dħaħen mill-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku naqsu bi tlieta punt sitta fil-mija meta mqabbel mal-2017.

L-EMISSJONJIET MILL-POWER STATIONS F’MALTA
2018 – TNAQQIS TA’ 3.6%

Iċ-ċifri tal-NSO juru li s-sena li għaddiet il-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta żdiedet bi 2.8 fil-mija u qabżet iż-żewġ miljun u ħames mitt elf megawatt kull siegħa, l-ogħla f’kull żmien.

Kważi tmienja u sittin fil-mija tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta fl-2018 kienet iġġenerata mill-power stations, segwita bl-importazzjoni tal-elettriku mill-interconnector b’24.5 fil-mija u sebgħa punt tmienja fil-mija li kienet iġġenerata minn sorsi ta’ enerġija nadifa.

IL-ĠENERAZZJONI TAL-ELETTRIKU F’MALTA
POWER STATIONS – 67.7% (+19.2%)
INTERCONNECTOR – 24.5% (-29.6%)
ENERĠIJA NADIFA – 7.8% (+15.4%)

L-NSO li ppubblika l-istatistika miġbura mill-Enemalta juru wkoll li għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, l-Enemalta esportat l-elettriku fis-suq Ewropew meta f’Settembru tal-2017 u f’Settembru tal-2018, esportat aktar minn 46 elf mega watt hour ta’ elettriku.

Joħroġ ukoll li matul is-sena li għaddiet kompliet tiżdied il-ġenerazzjon tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija nadifa, l-aktar mill-pannelli tax-xemx li żdiedet bi 15.4 fil-mija. Din kienet tfisser ukoll żieda ta’ 165 fil-mija meta mqabbel mal-2014.

L-NSO żied jgħid li l-konsum tal-elettriku jilħaq l-aqwa tiegħu fix-xhur sħan ta’ Lulju u Awwissu.

Tnejn arrestati b’rabta ma’ serq minn karozzi f’Delimara u St. Peter’s Pool

Żewġ persuni ġew arrestati b’rabta ma’ serq minn diversi vetturi fl-inħawi ta’ Delimara u Saint Peter’s Pool.

Il-Pulizija tad-Distrett għamlet l-arresti wara diversi jiem ta’ investigazzjoni, u waqt tfittxija f’vettura li kienu qed jużaw, instabu diversi oġġetti misruqa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, filwaqt li ż-żewġ persuni mistennija jittressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Chris Portelli huwa r-raġel li tilef ħajtu wara li sofra ġrieħi meta waqa’ fl-impjant ta’ Delimara

Chris Portelli, missier ta’ żewġt tifal, huwa l-vittma li miet wara li sofra ġrieħi serji meta waqa’ madwar ħames filati minn sellum fl-impjant ta’ Delimara. L-inċident seħħ l-għada tal-Milied għall-ħabta tat-15:00 waqt li kien qed iwaħħal sistema tal-arja kundizzjonata f’parti mill-bini tal-impjant. Huwa kellu biss 45 sena.Aqra aktar

Jonqos b’mod drastiku t-tniġġis mill-power stations f’Delimara – studju indipendenti

Il-qalba għall-gass fl-imp ta’ Delimara issa ġiet iċċertifikata li kienet pass għaqli għaliex it-tnaqqis fit-tniġġis fl-arja kien enormi.

Kumpanija sussidjarja tax-Shangai Electric, D3 Power Generation wettqet studju dwar it-tnaqqis fid-dħaħen u r-riżultati li ħarġu huma impressjonanti.

Filfatt l-istudju juri iswed fuq l-abjad li saħansitra ċertu gassijiet fl-arja ġew eliminati għalkollox filwaqt li oħrajn naqsu jew bin-nofs jew b’mod drastiku ħafna.Aqra aktar

Bil-Filmat: Jitqatta’ l-aħħar metru u nofs miċ-ċumnija ta’ Delimara

B’għoli ta’ 50 sular, iċ-ċumnija f’Delimara, dik li xi darba kienet l-itwal struttura f’pajjiżna għebet darba għal dejjem hekk kif inħattet kollha bi proċess li ħa madwar sena.

Kif jixhdu l-filmati ta’ ONE News, l-inġiniera u l-ħaddiema tal-kostruzzjoni qed jagħtu l-aħħar daqqa ta’ mannara liċ-ċuminja li għal snin twal kienet ta’ deterrent għan-nofsinhar ta’ pajjiżna b’snin twal ta’ tniġġis kkawżat mil-heavy fuel oil.Aqra aktar

Send this to a friend