dejn | One News

Notifiki

L-ewwel waħda ta’ Delia

Fis-16 ta’ Settembru, l-Avukat Adrian Delia ntgħażel mit-tesserati biex imexxi l-Partit Nazzjonalista.  Wiegħed li mill-għada l-Partit Nazzjonalista kellu jerġa’ jibda jitkellem b’leħen wieħed. Però l-firda, id-dwejjaq, il-battibekki ta’ qabel Delia nħatar kap, baqgħu hemm.

Aqra aktar

Surplus fiskali f’Lulju 2018

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul Lulju li għadda il-Gvern irreġistra surplus finanzjarju ta’ kważi €25 miljun fil-Fond Konsolidat. Is-surplus jirrifletti żieda ta’ €28 miljun fid-dħul tal-Gvern waqt li n-nefqa naqset b’€10 miljun matul Lulju li għadda. Iċ-ċifri tal-NSO juru li matul l-ewwel seba’ xhur tas-sena, id-dħul mit-taxxi kien wieħed b’saħħtu u żdied b’€181 miljun.

Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li fl-ewwel seba’ xhur tas-sena, in-nefqa fuq proġetti kapitali żdiedet bi kważi €23 miljun. Bl-istess mod, in-nefqa rikorrenti żdiedet ukoll, iżda ż-żieda kienet skont dak imbassar għall-perjodu ta’ bejn Jannar u Lulju li għadda. Fuq perjodu ta’ 12-il xahar, id-dejn naqas b’€193 miljun sal-aħħar tal-Lulju li għadda.

B’reazzjoni, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern seta’ jibda t-tieni nofs tas-sena b’surplus. Qal li dan jawgura tajjeb biex il-Gvern jagħlaq is-sena b’surplus. Qal li dħul qawwi mit-taxxi huwa riżultat ta’ tkabbir b’saħħtu fis-suq tax-xogħol flimkien mal-anqas rata ta’ qgħad fl-istorja u żieda konsistenti fil-konsum privat.

Il-Professur Scicluna qal li minkejja tnaqqis qawwi ta’ €65 miljun minn għotjiet tal-Unjoni Ewropea, id-dħul totali żdied bi €98 miljun. Il-Ministeru għall-Finanzi qal li jinsab sodisfatt ukoll bit-tnaqqis konsistenti fid-dejn nazzjonali tant li l-interessi fuq id-dejn naqsu b’aktar minn €4 miljun.

 

Isallbu lill-PN biex jinqdew huma…il-PN b’dejn li qabeż l-€20 miljun

Il-kontijiet li ppreżenta l-Partit Nazzjonalista quddiem il-Kummissjoni Elettorali jixhdu kif taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil u issa Adrian Delia, il-kumpaniji tal-Partit Nazzjonalista komplew iżidu d-dejn bil-goff.

L-istess bħalma għamel il-Partit Nazzjonalista nnifsu.

Fost oħrajn l-azjendi tal-Partit Nazzjonalista, primarjament il-midja, tilfu kważi seba’ miljun ewro fl-aħħar tliet snin.

Is-sorsi tagħna fid-Dar Ċentrali spjegaw kif dawn ir-riżultati huma fost id-diversi kawżi ta’ inkwiet fid-Dar Ċentrali bit-tmexxija l-ġdida twaħħal f’ta’ qabilha li tinsab dahra mal-ħajt u tgħid li minkejja li ma ħallewlhomx ċenteżmu biex jaħdmu xorta waħda qed jagħmlu li jistgħu. Naturalment, ta’ qabilhom isostnu mod ieħor u jgħidu li għamlu l-mirakli biex salvaw il-Partit Nazzjonalista. Jingħad x’jingħad jirriżulta li ż-żewġ blokki ħasbu fihom infushom għax fost il-ftit affarijiet komuni li kien hemm fl-aħħar snin u taħt iż-żewġ kapijiet kienu ż-żidiet fil-pagi.Aqra aktar

ADRIAN DELIA B’€713,356 F’SELF MAL-BANEK

Id-dikjarazzjoni tal-assi fil-Parlament, tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia żvelat ammont sostanzjali ta’ djun li jlaħħqu s-seba’ mija u tlettax-il elf, tliet mija u sitta u ħamsin ewro.

Mill-informazzjoni maħruġa, rriżulta li Delia għandu b’kollox sitt loans ma’ banek lokali: wieħed mal-Bank of Valletta, tnejn mal-Banif li huma ‘home loans’, self ieħor mal-Banif, ‘home loan’ ieħor mal-HSBC u self ieħor mal-HSBC.

€24,742 – LOAN MAL-BOV

€30,347 U €70,216 – ŻEWĠ ‘HOME’ LOANS MAL-BANIF

€19,051 – LOAN MAL-BANIF

€508,000 – ‘HOME’ LOAN MAL-HSBC

€61,000 – LOAN MAL-HSBC

TOTAL TA’ €713.356

Din id-dikjarazzjoni wasslet f’mument li għad hemm mistoqsijiet kbar minn fejn Adrian Delia ġab ħamsa u ħamsin elf ewro, biex jibda jħallas parti mit-taxxa li naqas milli jħallas lid-dipartiment tat-taxxa meta kien iddaħħal aktar minn mitejn ewro fis-siegħa.

Dan hekk żvelat minn investigazzjoni li għamlet il-gazzetta Kullħadd, fejn irrizulta li miż-żmien li qal li m’għandux cash flow sa meta għamel dan il-pagament lil tat-taxxa, ma biegħ ebda kumpanija li seta’ daħħal flus minnha, biex iħallas it-taxxa dovuta.

Fl-istess dikjarazzjoni tal-assi, rriżulta li mart, Adrian Delia, Nickie Vella de Fremaux, għandha sitta u għoxrin elf u wieħed u disgħin ewro fi tfaddil fil-Bank of Valletta.

Adrian Delia ddikjara fil-Parlament li l-propjeta’ li għandu, li tinkludi r-residenza tiegħu u dik li tmiss magħha fis-Siġġiewi, inxtraw minn martu.

Huwa għandu wkoll għalqa fir-Rabat għall-użu tal-familja, li wkoll kienet mixtrija minn martu.

Fil-preżent, Delia għandu ishma f’erba’ kumpaniji.

L-ISHMA TA’ DELIA

5,400 SEHEM F’AEQUITAS MANAGEMENT LTD.

6,750 F’ AEQUITAS TRUST AND FIDUCIARY LTD.

300 F’EVOLVE CONSULTANCY LTD.

45 FI MGARR DEVELOPMENT LTD.

Dan minkejja li qabel l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista wiegħed li b’mod immedjat kien se jirriżenja jew ibigħ kull sehem li għandu f’entitajiet privati u ta’ negozju.  Dikjarazzjoni li kien għamel meta kien qed ikun ikkritikat bl-aħrax minn nies fil-Partit Nazzjonalista u qrib tiegħu, b’mod partikolari b’rabta man-negozju. F’waħda mill-intervisti huwa kien saħansitra ddikajra li kien se jbigħ l-ishma tiegħ  f’dawn il-kumpanii b’mod assolut hekk kif jieħu t-tmexxija tal-partit.

Mistoqsijiet dwar flus il-PN u Delia

Iktar minn erbgħa u għoxrin siegħa wara li kien żvelat li Adrian Delia sab ħamsa u ħamsin elf ewro cash biex jibda jħallas it-taxxa, Delia tkellem għall-ewwel darba minn fejn ġabhom.

Qal għall-ewwel darba li l-flus ġabarhom mingħand min kellu jagħtih meta kien avukat.

Aqra aktar

It-tnaqqis fid-dejn huwa riżultat ta’ tmexxija serja fil-finanzi pubbliċi

Fit-tielet kwart tas-sena li għadda, Malta rreġistrat it-tielet l-akbar tnaqqis fid-dejn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Eurostat qal li d-dejn ta’ Malta naqas b’aktar minn 4.4 fil-mija biex issa niżel għal taħt il-55 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross.

Fl-istess perjodu, b’erbgħa punt tnejn fil-mija, Malta rreġistrat l-ogħla surplus fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Għall-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta Dr Philip von Brockdorff, iċ-ċifri tal-Eurostat huma frott it-tmexxija serja fil-finanzi pubbliċi u l-istabilità ekonomika u finanzjarja li għandu pajjiżna li jwasslu sabiex jattira investituri barranin.

Aqra aktar

Send this to a friend