Deborah Schembri – One News

Notifiki

Indirizzati problemi li kienu jsibu l-bdiewa

Fil-ġranet li ġejjin, il-bdiewa Maltin se jkollhom mezzi ġodda li bihom jistgħu jiksbu l-artijiet privati u tal-gvern mingħajr l-intoppi li jaffaċċjaw s’issa. Dan bħala parti mir-riforma fil-liġi tal-artijiet li saret minn Gvern Laburista.
Aqra aktar

100 jum wara li twaqqfet l-Awtorità tal-artijiet… iktar bidliet

Mitt jum wara li twaqqfet uffiċjalment l-Awtorita għall-Artijiet, tnedew il-logo u l-website l-ġdida tal-Awtorità li jikkumplimentaw il-bidliet strutturali u legali li saru fi ħdan l-Awtorita għall-Artijiet.

Mill-website se jkun possibbli li l-pubbliku japplika għall-iskemi tal-Awtorità kollha onlajn bid-dokumenti b’kollox u għalhekk ma jibqax il-bżonn li n-nies jmorru l-Awtorità huma nnfushom.

Aqra aktar

Josie Muscat kixef il-ħsieb ta’ Simon Busuttil

Simon Busuttil qed jaċċetta kandidati li huma kontra forom differenti tal-familja, jitajru u li jridu jreġġgħu lura dak li rnexxielu jikseb Gvern Laburista. Il-kandidat ta’ Simon Busuttil, Josie Muscat kixef il-ħsieb ta’ Simon Busuttil u dwar il-viżjoni tiegħu għall-libertajiet ċivili ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

Il-Gvern ixejjen kritika tal-Oppożizzjoni dwar l-artijiet

Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri lbieraħ fil-Parlament xejnet il-kritika negattiva tal-Oppożizzjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Artijiet tal-Gvern u kkritikat il-mod kif il-Gvern dejjem isib oppożizzjoni għal kull proposta biex jinforza li jiġbor flus li għandu jieħu.

Meta kienet qed tagħlaq id-diskussjoni fit-tieni qari tal-abbozz, hija qalet li ma ssibx diffikultà tilqa’ xi suġġerimenti li għamlu l-membri tal-Oppożizzjoni. Iżda mhux ġust li wieħed jippretendi li l-Gvern isolvi f’erba’ snin, problemi li n-Nazzjonalisti ħallew jakkumulaw f’25 sena.

Aqra aktar

Jittieħdu t-€8 miljuni ta’ ‘Irrestawra Darek’

Inħatfet fi ftit xhur l-iskema tal-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar “Irrestawra Darek”. Biex it-tmien miljun ewro disponibbli skont skema tal-aħħar baġit huma allokati kollha.

Dawn id-dettalji dwar din l-iskema suċċess ingħataw dalgħodu mis-Segretarju Parlamentari, Deborah Schembri. Ħafna mill-fondi għal din l-iskema ġew mill-proċess ta’ regolarizazzjoni tal-istess awtorità.

Aqra aktar

Maħtur il-bord tal-Awtorità tal-artijiet

Is-segretarju Parlamentari Deborah Schembri ħatret il-Kap Eżekuttiv, chairperson u board tal-gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet. Liema Awtorità twaqqfet permezz ta’ avviż legali ppublikat nhar il-Ġimgħa u li se tkun qed tieħu l-irwol tal-Kummissarju tal-Artijiet u d-Dipartiment eżistenti.

Pass ieħor fir-riforma tal-Lands

Għada se tiġi fis-seħħ parti mill-Lands Authority Act li tati poter lis-Segretarju Parlamentari Deborah Schemrbi taħtar il-bord tal gvernaturi u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet.

Dawn se jitħabbru l-ġimgħa d-dieħla. Is-Segretarju Parlamentari qed tagħmel eżerciżżju ta konsolidament ta’ ligijiet li kien hemm bżonnu biex il-liġi l-ġdida tkun tista’ taħdem fuq il-kriterji li ġew imfassla għall-Awtorità.

Huwa mistenni li x-xahar id-dieħel il-kumplament tal-ligi tiġi fis-seħħ, biex b’hekk l-Awtorità tkun tista’ taħdem bl-aktar mod effettiv.

Memorji – tiftakruha l-għajta “cold water, cold lemonade”?

  • Nostalġija u ottimiżmu 

Is-sidien tal-gabbani fid-daħla tal-Belt bdew iżarmaw sabiex fi ftit jiem oħra jibda l-proġett ta’ tisbiħ.

Lil hinn mill-ħtieġa ta’ riġenerazzjoni fid-daħla tal-kapitali tagħna, iż-żona ta’ fejn hemm il-gabbani tnissel nostalġija ħelwa iżda wkoll sens t’ottimiżmu sabiex din iż-żona tingħata libsa iżjed idonja.

Tkellimna ma’ nies li kienu ħdejn il-gabbana. Qablu li l-proġett hemm bżonnu, filwaqt li tkellmu dwar memorji li għandhom ta’ dawn il-gabbani. Saħansitra kien hemm min kellu memorji romantiċi!

Aqra aktar

Kontra r-regolarizazzjoni, kontra r-rieda tal-poplu

Għall-ewwel darba, l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil tkellem dwar l-iskema ta’ regolarizazzjoni li għamlet l-Awtorità tal-Ippjanar. L-iskema, li kienet wiegħda elettorali, tfisser opportunità unika lis-sidien ta’ propjetà biex japplikaw u jirregolarizzaw żviluppi mhux konformi mal-liġi, jekk dawn jinsabu fil-konfini ta’ żoni ta’ żvilupp.

Simon Busuttil ħareġ kontra. Dan għamlu permezz tat-Times of Malta, fejn iddeskriva l-iskema bħala “amnestija fuq bini illegali.”

Argument li diġa’ kien eżawrit mis-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri, li qalet li bil-liġi setgħet tiddeċiedi favur amnestija, iżda mhux talli ma sarx dan, talli kien kull talba hija suġġet għal skrutinju u tista’ tkun rifjutata. Dan kuntrarju għal dak li sar fi żminijiet oħra.

Aqra aktar

Send this to a friend