Azzopardi sebaħ iħuf l-Excelsior

Ix-shadow Minister tal-Partit Nazzjonalista, Jason Azzopardi, bakkar u mat-tmienja ta’ dalgħodu kien diġa’ qiegħed fil-lukanda Excelsior fejn għaddew il-lejl ħafna mill-membri tal-Kummissjoni Ewropea li hawn f’pajjiżna. Hemm ukoll numru ta’ ġurnalisti barranin li ġew jirrapportaw dawn l-avvenimenti importanti.

Aqra aktar

Jason Azzopardi qal lil Żaren Vassallo li xi ħaġa jirranġaw

“Jason Azzopardi għadu ma refa ebda resposabbiltà kif qallu jagħmel l-Awditur Ġenerali” – kliem il-Minsitru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, hu u jiżvela informazzjoni ġdida li tpoġġi piż kbir ix-shadow Minister Nazzjonalista.

Spjega li l-kuntrattur Zaren Vassallo, li tant mar tajjeb bid-deal tal-Lowenbrau, iltaqa’ ma’ dak iż-żmien Ministru Jason Azzopardi.  It-twegiba ta’ Azzopardi li tant jippriedka fuq good governance kienet li xi ħaġa jirranġaw, jilħqu kompromess.

“Jiġifieri f’dan id-deal involva ruhu personalment u direttament Jason Azzopardi” spjega l-Ministru Bonniċi.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet provda sfond ta’ dak li kien żvelat f’rapport tal-Awditur Ġenerali.

Aqra aktar

‘Deal’ fl-2012 bil-prezz tal-1990

Wieħed mill-punti li jinnota l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu dwar l-art tal-Lowenbrau huwa kif għal ‘deal’ li sar fl-2012 tħallas prezz tal-1990. Emfasizza dan il-punt fuq ONE NEWS BREAKFAST l-eks Segretarju Parlamentari, Michael Falzon, li qal kif l-Awditur Ġenerali ma setax ma jsibx nuqqasijiet fil-każ. Sostna wkoll kif dan kien ‘deal li sar f’jumejn.

Aqra aktar