de la rue | One News

Notifiki

IL-Crane u de La Rue joħolqu problema tajba

Il-miġja ta’ Crane Currency u t-tisħiħ ta’ De La Rue f’pajjiżna ħolqu biċċa uġigħ ta’ ras fl-industrija tal-istampar. Fil-gazzetta KullĦadd, nies minn din l-industrija tkellmu-dwar kif kien hemm għexieren ta’ persuni li daru fuq dawn iż-żewġ kumpaniji li jispeċjalizzaw fl-istampar tal-flus. Dan għax joffru kundizzjonijiet mill-aqwa li għas-settur tal-manifattura huma wkoll fost l-iktar b’saħħithom. Fil-fatt jirriżulta li għexieren ta’ nies li kienu jaħdmu fi stamperiji daħlu ma’ dawn il-kumpaniji bl-istamperiji li jipprintjaw kotba u materjal ieħor spiċċaw jitkellmu bejniethom biex ilaħħqu max-xogħol li kellhom ibbukkjat.

Aqra aktar

INVESTIMENT TA’ €33 MILJUN – Ċentru t’Eċċellenza għad-De La Rue

Illum infetaħ b’mod uffiċjali ċ-Ċentru t’Eċċellenza tad-De La Rue f’Malta fejn b’dan il-pass se jkunu qed jiżdiedu l-postijiet tax-xogħol b’80 post biex it-total ikun dak ta’ 500 dan permezz ta’ investiment ta’ €33 miljun.

Il-Kumpanija De La Rue hi waħda li xogħolha hu li tistampa l-flus u l-passaporti, liema currency hi meqjusa bħala b’saħħita.

Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat fid-diskors tiegħu waqt il-ftuħ ta’ dan iċ-Ċentru qal li ftit inqas minn sena ilu “ma konniex nobsru li konna se nkunu qed niċċelebraw tkabbir.” Hu qal li l-aħbar li d-De La Rue riedu Centre of Excellence for Secure Printing f’Malta juri l-attività ekonomika tal-Gven li fl-istess waqt dan it-tkabbir se jkun qed jipprovdi xogħlijiet ġodda.

Aqra aktar

FILMAT: Gidbu dwar id-De La Rue u nqabdu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u kelliema ewlenin fix-shadow cabinet tiegħu kienu provaw joħolqu storja li l-gvern kellu xi interess li d-De La Rue titlaq minn Malta. Biex bl-aħbar tat-Tlieta, dik li d-De La Rue se żżomm kollox Malta u timpjega iktar nies, irriżulta għal darb oħra li kampanja tal-Kap tal-Oppożizzjoni kienet mibnija fuq qerq u previżjonijiet ħżiena.Aqra aktar

Tbassir ieħor ta’ Simon Busuttil li mar żmerċ

Meta ma’ kull jum li jgħaddi l-Kap tal-Oppożizzjoni qed ikompli juri kemm huwa kontra l-investiment sempliċiment għax ma jiflaħx jara aktar ġid lejn pajjiżna, għal darba oħra reġa’ mar żmerċ bi tbassir ieħor bħal ma ġara fil-każ tal-bail-out u l-qgħad, meta d-De La Rue mhux talli mhux se tkeċċi l-ħaddiema, talli kkonfermat li se tkabbar l-operat tagħha permezz ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza.
Aqra aktar

“Dan jagħti kuraġġ kbir; lill-Gvern, lill-Malta Enterprise, lill-ħaddiema, lill-pajjiż”

Ilbieraħ ħabbarna li De La Rue se tkun qed iżomm il-proċess tal-istampar tal-flus f’pajjiżna wkoll biex kuntrarju għal dak imħabbar diversi xhur ilu d-De La Rue mhux se tnaqqas impjegati u lanqas toffri skemi ta’ rtirar kmieni. Minflok se tkun qed iżżid il-ħaddiema tagħha għal ħames mija.

Iktar kmieni din is-sena l-kumpanija ħabbret li se toħloq ċentru ta’ eċċellenza b’investiment ta’ €33,000,000 f’apparat ġdid u ħaddiema ġodda u iktar imħarrġa. Issa, bix-xogħol fuq iċ-ċentru ta’ eċċellenza avvanzat sew, d-De La Rue ddeċidiet li żżomm kollox hawn bħala parti minn dan iċ-ċentru.

Ta’ min isegwi din l-intervista mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Mario Galea.

Aqra aktar

Send this to a friend