dcg – One News

Notifiki

Il-PM itenni li lest jirtira l-libell kontra DCG jekk qrabatha jirtiraw l-allegazzjonijiet dwar Egrant

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna li lest iwaqqa’ l-każijiet tal-libelli fil-konfront ta’ Caruana Galizia kemm il-darba qrabatha jaċċettaw il-konklużjonijiet tal-inkjesta indipendenti dwar Egrant.

L-uffiċċju tal-Prim Ministru ppubblika ittra li ntbagħtet minn Dr. Joseph Muscat lill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa Dunja Mujatovic.

Din tal-aħħar talbet lil Prim Ministru Malti biex iwaqqa’ l-każijiet ta’ libelli kontra l-familja ta’ Caruana Galizia.

Dan minkejja li wara l-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia, il-familja kienet pronta li taċċetta li tiret il-każijiet fil-Qrati. Il-familja Caruana Galizia baqgħet issostni li ma taċċettax il-konklużjonijiet ċari tal-inkjesta indipendenti dwar il-każ Egrant.

L-inkjesta dak iż-żmien saret mill-Maġistrat inkwirenti Aaron Bugeja u kkonkludiet li l-istorja Egrant kienet gidba u l-evidenza li intużat fl-istorja kienet waħda falza. Filfatt, il-konklużjonijiet tal-inkjesta jgħidu li l-firem li ntużaw biex suppost jippruvaw li l-kumpanija Egrant kienet ta’ mart il-Prim Ministru, kienu foloz u ffabbrikati. Fl-ittra tiegħu l-Prim Ministru fakkar li f’Mejju tas-sena l-oħra daħlet liġi li fiha l-libell tneħħa minn wieħed kriminali.

B’reazzjoni għall-appell anki tal-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa li tixtieq li jitwaqqgħu każijiet pendenti ta’ terzi persuni fil-konfront ta’ Caruana Galizia, il-Prim Ministru saħaq li l-Gvern m’għandu l-ebda awtorità li jġiegħel persuni oħra biex iwaqqgħu l-każijiet li għandhom kontra Caruana Galizia fil-Qorti Ċivili.

Il-Prim Ministru qal li l-liġi dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti saret f’konsultazzjoni wiesgħa mal-Organizazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa.

Dr. Muscat fakkar li kienet saret diskussjoni mqanqla anki mill-Oppożizzjoni li talbet li każijiet dwar malafama ta’ persuni li imbagħad ikunu mietu, jibqgħu għaddejjin. Dan biex il-qraba jkollhom opportunità legali li jnaddfu isem il-persuna mejta li tkun mixlija b’malafama.

George Degiorgio b’allegazzjoni dwar trattament ‘degredanti’ fil-ħabs

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel li qed jiġu akkużari bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia, qed jakkuża lid-Direttur tal-ħabs ta’ Kordin bi trattament degredanti.

F’ittra ġudizzjarja, Degiorgio qed jallega li ma tħalliex jieħu t-trattament li kellu bżonn għal uġigħ fi spalltu. Huwa qal li l-uffiċjali tal-ħabs ma tawx kas il-kundizzjoni tiegħu u tawh biss mediċina għall-uġigħ bħala mezz ta’ kura temporanja. Qal ukoll li minkejja li għadda d-dettalji tat-tabib tiegħu lill-uffiċjali, huma baqgħu passivi.

L-avukat ta’ Degiorgio qal li skont il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u fin-nuqqas ta’ kura medika ekwa, il-proċeduri ttieħdu mingħajr ebda twissija.

“Din hija xi ħaġa li mmarkatli ħajti u l-ħajja ta’ familti”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ddikjara li lest iwaqqa’ l-kawża ta’ libell li fetaħ lill-blogger Daphne Caruana Galizia dwar il-gidba EGRANT. Dan kemm il-darba l-familja ta’ Caruana Galizia taċċetta l-konklużjonijiet tal-Inkjesta Egrant li ċċertifikataha bħala gidba.

Il-Prim Ministru qal dan fil-Qorti meta l-Ħamis filgħodu xehed f’kawża ta’ libell li fetaħ lil Caruana Galizia l-għada li allegat li l-kumpanija EGRANT hi ta’ martu Michelle.

Fil-bidu tas-seduta, Dr Muscat sostna li x-xewqa ewlenija tiegħu mhix li jirbaħ il-libell, iżda biss li tintlaqa’ l-verità li din kienet gidba. Madankollu l-familja ta’ Caruana Galizia rrifjutaw it-talba.Aqra aktar

L-espert tal-Qorti Martin Bajada se jibqa’ assenjat bil-każ tal-qtil ta’ DCG

L-espert tal-Qorti Martin Bajada se jibqa’ assenjat bl-Inkjesta Maġisterjali u anke l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tal-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.

Dan wara li lura f’Marzu li għadda, l-avuat difensur ta’ wieħed mit-tliet akkużati f’dan il-każ argumenta li l-irwol li ngħata Bajada f’dan il-każ jikser id-dritt fundamentali tal-klijent tiegħu. L-avukati ta’ Alfred Degiorgio lmentaw ukoll għall-fatt li esperti barranin kienu qed jaħdmu id f’id ma’ Bajada fil-kumpilazzjoni dwar il-każ.Aqra aktar

Preċedent dwar it-talba għal inkjesta pubblika immedjata

Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali nhar il-Ġimgħa li għaddiet ħolqot preċedent dwar ir-riskji li jitqanqlu meta ssir inkjesta pubblika b’mod parallel ma’ proċeduri kriminali dwar l-istess każ.
Din is-sentenza hi meqjusa minn esperti legali li tkellmu mal-gazzetta KullĦadd bhala eye-opener dwar il-konsegwenzi legali serji li jistgħu jitwieldu meta ssir inkjesta pubblika fl-istess nifs li jkunu għaddejjin proċeduri ta’ natura kriminali kontra persuni investigati, indizzjati jew saħansitra akkużati fil-Qorti.
Dan fid-dawl ta’ talba mill-Oppożizzjoni sabiex minnufih issir inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u dwar jekk dan l-omiċidju setax jiġi evitat.

Aqra aktar

AĠĠORNATA: Jixhed wieħed mit-tfal ta’ DCG

Matthew Caruana Galizia, wieħed mit-tliet ulied tal-blogger Daphne Caruana Galizia, xehed għall-ewwel darba fil-Qorti fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati mixlija bil-qtil ta’ ommu b’karozza bomba fis-16 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet.

Fix-xhieda tiegħu bl-Ingliż, Caruana Galizia qal li lejlet il-qtil ta’ ommu, huwa ħalla l-karozza barra mill-grada tad-dar tagħhom fil-Bidnija. Huwa kkonferma wkoll li kien hu l-aħħar persuna li għamel użu mill-karozza, ġurnata qabel l-isplużjoni.Aqra aktar

Ineħħu isem Delia mill-kuruna li poġġa quddiem tifkira ta’ DCG

Girlanda tal-fjuri li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mar iqiegħed quddiem tifkira tal-blogger Daphne Caruana Galizia fil-Belt, kompliet toħroġ fil-beraħ il-qasma bejn il-fazzjoni ta’ Delia u l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

Dan wara li grupp mill-fazzjoni ta’ Busuttil warrab fil-ġenb il-girlanda li Delia poġġa quddiem it-tifkira li għamlulha f’għeluq is-sena mill-qtil tagħha fil-Belt.

Saħansitra għattew il-kliem “Kap tal-Oppożizzjoni” minn mal-girlanda bl-aħħar messaġġ tal-blogger li fil-mira tiegħu kien hemm ukoll il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Aqra aktar

Sena mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Jum tat-Tlieta mmarka l-ewwel anniversarju mill-qtil brutali tal-blogger Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-ħsibijiet tal-Gvern huma mal-familja u l-ħbieb li bla dubbju għadhom imnikkta b’dan l-att insensat ta’ vjolenza, u sosta li li jinsab determinat biex issir ġustizzja.
Aqra aktar

Send this to a friend