DBRS – One News

Notifiki

Malta b’A oħra mid-DBRS – issejjaħ l-istituzzjonijiet Maltin “b’saħħithom”

Wara Moody’s u Fitch – li kkonfermaw il-qagħda finanzjarja tajba ta’ pajjiżna, kien imiss lill-aġenzija tal-kreditu internazzjonali DBRS – aġenzija Kanadiża magħrufa għal kemm ma tħares lejn wiċċ ħadd, li ikkonfermat rating ta’ “A” u bi prospetti għoljin għal pajjiżna.

L-esperti internazzjonali ta’ DBRS innotaw li l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna baqa’ b’saħħtu; b’rata ta’ tkabbir tal-prodott domestiku gross ta’ sebgħa punt ħamsa fil-mija. Tkabbir li skont DBRS mistenni jibqa’ jkun għoli fis-snin li ġejjin, speċjalment meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra Ewropej.

Id-DBRS qalet li l-klassifikazzjoni ta’ Malta hija sostnuta prinċipalment mid-dipendenza baxxa fuq il-finanzjament minn barra l-pajjiż, il-livell dejjem jonqos tad-dejn pubbliku, u l-pożizzjoni finanzjarja b’saħħitha tal-familji Maltin u Għawdxin.

Id-DBRS rrikonoxxiet li Malta kompliet taqbeż ir-rati medji ta’ tkabbir fl-Unjoni Ewropea. Innutat li t-tkabbir potenzjali tal-prodott domestiku gross tela’ minn tnejn punt ħamsa fil-mija bejn l-elfejn u erbgħa u l-elfejn u tnax, għal sitta punt wieħed fil-mija bejn l-elfejn u tlettax u l-elfejn u tmintax.Aqra aktar

Bil-Filmat: L-ekonomija Maltija fil-quċċata taż-Żona Ewro- DBRS

Bi tkabbir ekonomiku li jlaħħaq il-5.9% fl-ewwel sitt xhur tas-sena, Malta ġiet ikklassifikata fl-ewwel post fost il-pajjiżi msieħba fiż-Żona Ewro. Dan fi klassifika magħmula mill-aġenzija tal-kreditu DBRS.

Fl-ewwel edizzjoni ta’ pubblikazzjoni ġdida, l-aġenzija tal-kreditu rrapportat li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien ħafna aktar ogħla mill-medja taż-żona ewro ta’ 2.3%.Aqra aktar

Kien imiss lil Fitch

Kien imiss lil Fitch li tkun it-tielet aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li tagħti riżultat b’saħħtu lil pajjiżna. Wara l-upgrades ta’ Moody’s u d-DBRS Fitch żammet ir-rating ta’ Malta f’livell A+. Livell li pajjiżna tela’ għalih is-sena li għaddiet. Fost oħrajn Fitch semmiet l-importanza tal-governanza tajba u kif anke hawn Malta kisbet riżultati b’saħħithom. Intqal li r-riżultati huma indikazzjoni ta’ rule of law b’saħħitha u gvern effettiv. Meta rreaġixxa għal dan il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kellu kliem ta’ sodisfazzjon. Anke għax l-aġenzija indipendenti qed tbassar li l-eokonomija Maltija se tibqa’ tkun iktar b’saħħitha minn ta’ oħrajn fl-istess livell. Ir-rata ta’ 7.2% fit-tkabbir ekonomiku kienet marbuta wkoll mal-esportazzjoni tas-servizzi.

Fitch tbassar ukoll li Malta se jibqa’ jkollha surplus. Din is-sena dan is-surplus mistenni jkun ta’ 1.5%. Filwaqt li kien innutat ukoll kif id-dejn ta’ pajjiżna qed jonqos. Fitch tinnota s-settur bankarju b’saħħtu f’Malta, il-fatt li għandna qgħad baxx u l-fatt li r-rata ta’ inflazzjoni kienet iżgħar, inqas minn ta’ pajjiżi oħra fl-istess kategorija.

“Malta pajjiż interessanti li għandu ħafna x’joffri” – Edward Scicluna

F’konferenza b’reazzjoni għat-titjib fit-tbassir ta’ żewġ aġenziji ta’ kreditu internazzjonali dwar pajjiżna, il-Ministru tal-Finanzi l-Professur Edward Scicluna, tkellem dwar żewġ fatturi li wasslu biex l-aġenziji għollew ir-rating tal-ekonomija ta’ pajjiżna.

Il-Ministru nnota kif pajjiżna wiret mażra m’għonqu minħabba d-dejn u l-garanziji tal-Gvern li ħalliet warajha amministrazzjoni preċedenti.

Mażra li iżda, bit-tkabbir ekonomiku u l-għaqal fit-tmexxija tal-Gvern, kull ma jmur qed tonqos; biex il-pajjiż ikun jista’ jimxi ’l quddiem b’kunfidenza.Aqra aktar

Il-PN jinsisti li ma raħsux il-kontijiet

Kważi erba’ snin mindu l-Gvern ta’ Joseph Muscat raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’medja ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija, esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista qalu li mhux veru raħsu l-kontijiet.

Dan meta bit-traħħis fil-kontijiet tad-dawl il-poplu Malti u Għawdxi żamm f’butu aktar minn sebgħin miljun ewro fi flus li seta’ jonfoq f’affarijiet oħrajn.

Aqra aktar

Il-Gvern b’rieda li jżid il-pass ta’ riformi u bidliet; esperti jmeru lill-Oppożizzjoni

Quddiem ċertifikat ieħor pożittiv għal pajjiżna, il-Gvern tenna r-rieda tiegħu li jżid il-pass ta’ riformi u bidliet ħalli l-qagħda ekonomika u soċjali ta’ pajjiżna tkompli tissaħħaħ għall-ġid tal-familji Maltin. Il-Gvern iqis it-titjib fil-finanzi pubbliċi, fil-qagħda ekonomika u fil-governanza li nnuttat id-DBRS bħala bażi soda għal aktar suċċess fiż-żmien li ġej.Aqra aktar

Send this to a friend