David Casa | One News - Part 2

Notifiki

Aktar allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet dwar David Casa

Ikomplu jinkixfu rregolaritajiet mill-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa hekk kif l-Eks impjegat tiegħu issa qed isostni li l-MEP Nazzjonalista allegatament alloka aktar minn €100,000 f’paga għalih mingħajr qatt ma jirċievi l-ammont kollu.

Dan hekk kif huwa jistqarr li fl-2009 daħħal biss bejn €35,000 u €40,000 bil-bqija tal-flus baqgħu miżmuma fl-uffiċċju ta’ Casa. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Eks assistent ta’ Casa jitlob laqgħa mal-OLAF biex jgħaddi informazzjoni dwaru

Eks assistent tal-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, li f’affidavit qal li Casa kien jabbuża mid-droga kokaina, kiteb lill-aġenzija ta’ kontra l-frodi, l-OLAF, fejn talab laqgħa biex jagħti l-informazzjoni li għandu fuq David Casa. L-istess persuna qal jien ilu li bejn l-2009 u l-2017, Casa kellu l-vizzju tad-droga.

Il-gazzetta MaltaToday irrapportat kif l-eks impjegat ta’ Casa, kiteb ukoll lill-Avukat Ġeneral dwar dan il-każ.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Casa skomdu għall-aħħar meta mistoqsi mill-ġurnalisti jekk qattx għamel użu mid-droga kokaina

L-Ewroparlamentari u l-Kap tad-delegazzjoni fil-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista David Casa deher skomdu għall-aħħar u rrifjuta milli jwieġeb dwar l-istorja tal-MaltaToday il-Ħadd li għadda.

Storja li żvelat kif whistleblower qed jallega li Casa kellu l-vizzju tad-droga u saħanistra kien jagħmel użu minnha fid-Dar Centrali.

Aqra aktar

Persuna li jaf sew lil Casa b’affidavit dwar użu qawwi tad-droga mill-MEP

Il-gazetta MaltaToday żvelat kif persuna li kien jaħdem mal-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista u l-Kap tad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa, b’affidavit ġuramentat, iddikjara li David Casa kellu l-vizzju tad-droga.  Il-MaltaToday rat dikjarazzjoni tal-eks Assistent ta’ Casa, li bejn l-2009 u l-2017, f’perjodu fejn it-tnejn kellhom relazzjoni mill-qrib ħafna, David Casa kellu l-vizzju tad-droga. Aqra aktar

Il-Gvern iwieġeb ittra ta’ David Casa

 

Il-Gvern Malti wieġeb għall-ittra mimlija dikjarazzjonijiet foloz li l-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa bagħat lill-Kummissjoni Ewropea li talabha tinsisti għal inkjesta pubbliku wara li allega li l-istat huwa involut fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galiza.Aqra aktar

Bil-Filmat: Għal Casa, il-Kap tal-PN huwa ‘Adrian Busuttil’

Għall-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, il-Kap Nazzjonalista jismu ‘Adrian Busuttil’.

Din il-fixkla xejn sabiħa saret waqt is-sessjoni tal-Erbgħa fuq il-Fosos mal-MEPs Nazzjonalisti. Casa, forsi mingħajr ma ried, kixef kemm hi serja l-firda li hemm fil-qalba tal-partit fl-Oppożizzjoni, u kemm Adrian Delia ma jgawdix ir-rispett li suppost għandu bħala Kap.
Casa huwa magħruf li jappoġġja bi sħiħ lill-eks Kap Simon Busuttil. M’hemmx konferma iktar minn hekk kemm nies fil-Partit Nazzjonalista stess mhux qed iħarsu lejn Adrian Delia bħala Kap Nazzjonalista. Huwa ċar li l-politika tiegħu ta’ mod ġdid, wara sena sħiħa, falliet.

 

 

David Casa għandu jitlob skuża

F’dawn l-aħħar jiem, wara li sirna nafu li bħala konsulenti tiegħu, l-Ewro-Parlamentari David Casa qed jimpjega lil zijuh u lir-raġel ta’ oħtu, l-istess David Casa, biex jiddefendi ruħu, qiegħed kważi ta’ kuljum jinsisti li lilu ħadd mhu se jwaqqfu milli jkompli jagħmel xogħolu għal pajjiżna.  Fl-interess ta’ pajjiżna.

U x’inhu jagħmel fl-interess ta’ pajjiżna?  Qiegħed jipprova kontinwament ipinġi lill-Gvern Malti f’dawl ikrah biex forsi jagħmel ftit ħoss, issa aktar minn qatt qabel, għax fi ftit xhur oħra, se jkollna l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew u ċertament li David Casa ma jridx jitlef postu, għax minnbarra li qiegħed ipappiha tajjeb hu, qegħdin ipappuha tajjeb ukoll dawk li huma qrib tiegħu.Aqra aktar

Send this to a friend