David Casa | One News

Notifiki

Casa b’ħajr lill-eks Kapijiet, imma mhux lil Delia

Il-kandidat Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, David Casa, injora għalkollox lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

F’filmat li tella’ fuq Facebook wara li tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, David Casa kien kostrett jirringrazzja lit-tliet kapijiet preċidenti tal-Partit Nazzjonalista – Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Simon Busuttil.

Iżda naqas milli jsemmi, u ma kellu l-ebda kliem ta’ ringrazzjament, għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Fuq Facebook, Casa reġa’ ta ħajr lil Fenech Adami, Gonzi u Busuttil. Iżda għal darb’oħra naqas milli jagħmel kull referenza għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Aktar minn hekk, David Casa faħħar il-ħidma ta’ Fenech Adami, Gonzi u Busuttil. Kiteb li se jwiegħed li se jkompli jonora l-legat tagħhom fil-ħidma tiegħu. Iżda hawn ukoll naqas milli jirrikonoxxi l-ħidma ta’ Adrian Delia. Aqra aktar

Il-KE tifqa’ bużżieqa oħra f’wiċċ David Casa

L-MEP tal-PN, David Casa, reġa’ mar iħabbat il-bieb tal-Kummissjoni Ewropea biex ixewwex kontra Malta fuq il-viżi mill-Alġerija. Iżda, il-Kummissarju Dimitris Avramopoulos giddbu meta wieġbu li Malta għandha wieħed mill-iktar proċessi ibsin. U l-Kummissarju Ewropew mhux l-ewwel wieħed li ġab fix-xejn il-qlajjiet tal-PN. Din l-istorja hi waħda minn sensiela maħsuba minn uffiċjali tal-PN biex issir ħsara lil Malta lil hinn minn xtutna.

Dwar il-każ tal-viżi mill-Alġerija, l-Awditur Ġenerali kien ħareġ rapport ċar li fih kien deher evidenti li l-allegazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista kienu mibnija fuq qlajjiet mingħajr bażi. Iżda, il-Membru tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista, David Casa, ippersista fil-kampanja tiegħu u ta’ sħabu fil-Partit Nazzjonalista u reġa’ mar iħabbat il-bieb tal-Kummissjoni Ewropea bil-għan li jipprova jħammeġ isem Malta. Iżda, it-tweġiba tal-Kummissjoni Ewropea kienet ċara. Filwaqt li hu ried jagħti l-impressjoni li pajjiżna jagħti l-viżi bl-addoċċ lill-Alġerini, il-Kummissjoni Ewropea qaltlu li Malta għandha proċess restrittiv. Fi kliem ieħor mhux proċess li tgħaddih kif ġieb u laħaq. David Casa rrefera għar-rapport tal-Awditur Ġenerali u qal li r-rapport “iqajjem mistoqsijiet serji li jista’ jkollhom impatt fuq is-sigurtà ta’ pajjiżi membri oħra ta’ Schengen.”Aqra aktar

ARA: Delia sieket quddiem l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma lissinx kelma waħda dwar dak li ġie allegat mill-gazzetta MaltaToday, li fil-ħarġa tal-Ħadd irrappurtat li m’hemm l-ebda rabta bejn l-allegazzjonijiet li ħareġ jagħmel  ta’ firem iffalsifikati u investigazzjoni dwaru mill-Aġenizija Kontra l-Ħasil tal-Flus, l-FIAU.

Adrian Delia li ilu mill-bidu tal-karriera politika jiffaċċja allegazzjonijiet li daħħal nofs miljun ewro f’kont bankarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni, ħarab li jitkellem u jagħti spjega dwar dawn l-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus li qiegħed jiffaċja. Allegazzjonijiet li dwarhom ma jridx jitlob inkjesta maġisterjali.Aqra aktar

ARA: Clyde Puli jiddefendi lil David Casa

Anke jekk hemm investigazzjoni preliminari mill- aġenzija ta’ kontra l-frodi tal-Unjoni Ewropea,L-Olaf, ufficjali tal-Partit Nazzjonalista qed jibqgħu jgħidu li m’hemmx investigazzjoni dwar l-ewroparlamentari nazzjonalista David Casa, sabiex jiddefenduh.

Aqra aktar

ARA: Delia mhux se jieħu passi fuq l-allegazzjoni serji dwar David Casa

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia mhux se jieħu passi fuq l-allegazzjonijiet serji li qed isiru fuq l-Ewroparlamentari Nazzjonlista David Casa, li qed jaffaċċja allegazzjonijiet dwar abbuż mid-droga, kif ukoll allegazzjonijiet ta’ frodi minn fondi tal-Parlament Ewropew.

Mistoqsi għal darba darbtejn fuq Xarabank illejla jekk hux se jieħu passi kontra Casa, Delia ħarab milli jwieġeb. Saħansitra wasal jgħid li David Casa bħalissa mhux qed ikun investigat mill-OLAF.

Send this to a friend