darsa tal-ghaqal | One News

Notifiki

Telgħetlek id-darsa tal-għaqal?

Id-darsa tal-għaqal hija t-tielet sinna molari u l-iktar waħda li tista’ tweġġgħek.

Dan minħabba l-fatt li tikber fit-tarf tas-snien fuq wara nett, fejn l-uġiegħ ikun ikkawżat għal diversi raġunijiet marbuta man-natura tagħha nnifisha kif ukoll minħabba li timbotta lis-snien l-oħra maġenbha.

Ħafna drabi din tinħass fl-etajiet ta’ bejn is-17 u l-25 sena imma mhux bilfors.

Biex ittaffi l-uġiegħ sakemm tmur għand dentist, speċjalment jekk dan jiġri matul illejl, tista’ tuża żejt tal-imsiemer tal-qronfol; metodu antik iżda li jgħin fil-mument opportun.

Hemm min jgħid li l-uġiegħ tad-dras, bħall-uġiegħ tal-ħlas.

Send this to a friend