dar – One News

Notifiki

Bil-Filmat: Il-Pulizija ssib 52 immigrant f’dar f’Ħal Qormi

Il-Ħadd filgħodu grupp ta’ 52 immigrant ġew evakwati minn blokka t’ appartamenti fuq erba’ sulari fi Triq il-Wied, Ħal Qormi, f’operazzjoni mwettqa mill-pulizija tat-taqsima tal-imigrazzjoni u r-Rapid Intervention Unit. Sorsi qrib il-pulizija qalu lil ONE News li din is-sejba saret wara li l-pulizija talbu d-dokumenti lil immigrant li kien qed jitlajja fil-Ħamrun, u meta staqsewh fejn joqgħod, idderiġihom lejn il-blokka ta’ appartament f’Ħal Qormi.

L-immigranti huma minn diversi pajjiżi fl-Afrika u ġew f’Malta mill-Italja. Kollha kellhom is-Soggiorno, il-permess għal residenza fl-Italja li bih tista’ tgħix f’pajjiż stat membru tal-Unjoni Ewropea sa tliet xhur, iżda mhumiex permessi li jaħdmu f’pajjiżna. Uħud mill-immigranti kienu ilhom aktar jgħixu f’Malta u ġew biex ifittxu impjieg f’pajjiżna. Huma ttieħdu fil-Kwartieti Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Is-sejba tal-Ħadd saret xahar wara li l-pulizija kienet ġabret sebgħa u għoxrin immigrant ieħor minn razzett fil-Marsa-Ħamrun Bypass. Fl-aħħar sena instabu aktar minn mija u ħamsin immigrant jgħixu f’residenzi li mhumiex atrezzati li jakkomodaw ammont kbir ta’ nies. Fil-fatt, f’Novembru li għadda, kienu nstabu 31 immigrant f’dar fi Triq Farsons, il-Ħamrun. Ftit aktar qabel kienu inqabdu grupp ta’ sitt immigranti fi Triq Żabbar, il-Fgura li kienu qed jgħixu f’Malta b’permess skadut. F’Awwissu tas-sena l-oħra kienu nstabu grupp kbir ta’ immigranti jgħixu f’maqjel, b’kundizzjonijiet indiċenti.

Jingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li hedded lil żewġt aħwa u kkawża ħsara f’darhom

Amerikan ta’ 47 sena li jgħix ir-Rabat Għawdex ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn wara li nstab ħati li għamel ħsara lil dar privata ta’ żewġt aħwa, u heddidhom.

Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda għall-ħabta tal-17:00 barra d-dar ta’ Philip Mercieca u oħtu Josephine fix-Xagħra, Għawdex.

L-akkużat, Angelo Michael Scifo, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, bil-Qorti t’Għawdex tagħtih sentenza sospiża ta’ ħabs filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-aħwa Mercieca.

Jekk int edukatur, tista’ tkompli tistudja mill-kumdità ta’ darek

L-edukaturi Maltin jistgħu jkomplu bl-istudji akkademiċi mill-kumdità ta’ darhom filwaqt li jkomplu bil-karriera tagħhom permezz ta’ pjattaforma onlajn ġdida fis-sit tal-Istitut tal-edukazzjoni.

Il-pjattaforma issa se tagħti l-opportunità biex l-l-akkademiċi u l-edukaturi Maltin ikollhom ċans li japplikaw u jagħmlu korsijiet u taqsimiet ta’ studju fuq l-internet.Aqra aktar

Qtil doppju fil-Għargħur: serqa mid-dar tal-vittmi waqt il-funeral

Id-dar li fiha nqatlu żewġ nisa fil-Għargħur f’Lulju li għadda sfat fil-mira ta’ serqa waqt il-funeral tal-istess nisa. Dan ħareġ fil-Qorti hekk kif kompl jinstema’ l-każ kontra Kevin Micallef ta’ 42 sena, li qed ikun mixli bil-qtil ta’ ommu, Antonia Micallef, u ta’ zitu, Maria Carmela Fenech.

Id-delitt sar fit-23 ta’ Lulju fid-dar tal-vittmi stess fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.  Waqt is-smiegħ tal-Erbgħa, ħut l-akkużat irrifjutaw li jagħtu x-xhieda tagħhom minħabba r-relazzjoni tagħhom mal-akkużat.Aqra aktar

Kritika ta’ min m’għandux soluzzjoni

“L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar l-Air Malta hija stqarrija ta’ partit li m’għandu ebda soluzzjonijiet għall-kumpanija.” Din kienet ir-reazzjoni tal-Partit Laburista għall-istqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista li fiha kkritika l-ħidma tal-Gvern li qed tħalli l-frott mixtieq fl-Air Malta.

L-istqarrija tal-Partit Laburista inutat li saħansitra, il-firmatarju tal-istqarrija kien parti mill-gvern li daħħal lil din il-kumpanija fi sqaq.

Aqra aktar

Investiment ta’ €800,000 għal ċentru tal-volontarjat f’Marsaxlokk

Fl-inawgurazzjoni taċ-ċentru tal-volontarjat fir-Rabat, ġie mħabbar li se jkun qed jinbena ċentru ieħor tal-volontarjat f’Marsaxlokk, b’investiment ta’ madwar €800,000.

Il-Ministru Helena Dalli spjegat li ċ-ċentru se jilqa’ fih l-għaqdiet tan-naħa ta’ isfel ta’ pajjiżna, jiġifieri total ta’ madwar 300 għaqda mhux governattiva.

Iċ-ċentru f’Marsaxlokk, se jkollu l-istess użu bħal dak li ġie nawgurat llum fir-Rabat. Iċ-ċentru se ikun għall-użu tal-għaqdiet mhux governattivi, kollha biex jużawh għal-laqgħat u għal avvenimenti oħra li għalihom ikollhom bżonn jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta’ dan iċ-ċentru. Il-Ministru Dalli qalet li dawn iċ-ċentri huma l-apprezzament tal-Gvern Malti għal dawk kollha li jaħdmu fil-volontarjat.

Aqra aktar

Send this to a friend