Dar tal-Providenza – Page 2 – One News

Notifiki

€355,353 b’risq id-Dar tal-Providenza

Inġabret is-somma ta’ €355,353 b’risq id-Dar tal-Providenza, dan waqt edizzjoni speċjali tal-programm Xarabank. Somma li turi l-qalb ġeneruża tal-poplu Malti u Għawdxi.

Kien matul il-programm li ddominaw stejjer ta’ persuni li ġew fil-bżonn tad-Dar tal-Providenza, dar li tagħti kenn lill-persuni b’diżabbiltà.

Apparti minn hekk il-programm kien imżewwaq bi spettaklu kbir minn persuni famużi f’Malta, fejn fosthom kien hemm anke membri Parlamentari.

Inġabru aktar minn €7,500,000 fi ftit jiem

Kemm –il darba smajna l-frażi ‘il-poplu malti huwa poplu b’qalb kbira’ u dan jissaħħaħ meta naraw li f’maratoni li jiġbru l-flus għal min hu fil-bżonn, bħall-famuża l-Istrina li kellna m’ilux, kull darba qed naqbżu r-rekord. Iżda, fil-verita, dawn il-figuri huma biżżejjed biex nikkonfermaw kemm għandna qalbna tajba?

Aqra aktar

Wirja artistika b’risq id-Dar tal-Providenza fil-Parlament ta’ Malta

Id-Deputat Speaker Ċensu Galea llejla fetaħ wirja artistika b’risq id-Dar tal-Providenza li qed tittella’ fil-Parlament ta’ Malta. Huwa ta ġieħ lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, Monsinjur Mikiel Azzopardi li nissel fost il-Maltin u Għawdxin imħabba lejn il-persuni b’diżabilità u l-ħtieġa li huma jingħataw kura partikolari b’tant għożża.  Aqra aktar

100 siġra għal 100 sena

Fl-okkażżjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tal-Lions Zone hawn Malta, tħawwlu mitt siġra taż-żebbuġ fil-Ġnien tad-Dar tal-Providenza.

Lions Zone huwa parti minn Lions Inernational, għaqda mhux governattiva li tgħin lill-persuni fil-bżonn u toffri għajnuna fi proġetti li jitgawdew mill-pubbliku. F’Malta hawn erba’ clubs li huma jaqgħu taħt Lions International, li huma Lions Zone, Lions Sliema, Lions St Paul’s Bay u Lions Imdina.

Minn żmien għal żmien jorganizzaw attivitajiet filantropiċi biex jinġabru fondi, li jmorru  għal min hu fil-bżonn. Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca ipparteċipat bit-tħawwil. Hija faħħret l-għan tal-Lions Zone – persuni li dejjem lesti biex joffru l-għajnuna.

Aqra aktar

Kunċert b’riżq id-Dar tal-Providenza

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-persuni b’diżabbilita’, se jiġi organizzat KUNĊERT fil-Katidral ta’ l-Imdina nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru fis-7.30 ta’ filgħaxija b’riżq id-Dar tal-Providenza. Il-Kunċert se jittella’ mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity. Se jkun taħt il-patroċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Arċisqof Mons Charles Scicluna.

Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se ddoqq fost l-oħrajn kompozizzjonijiet ta’ Nino Rota: Legend of the Glass Mountain, John Stevens – Benediction, Hay Malotte – The Lord’s Prayer u Tantum Ergo ta’ Paolo Nani. Il-Banda tal-AFM se tkun akkumpanjata mill-Coro Bel Canto. Kompozizzjoni ohra hija silta mill-musical: San Ignazju ta’ Loyola, bi kliem ta’ Dr John A. Agius u mużika ta’ Bdr Twanny Borg.

Aqra aktar

Jiġbru €5,200 b’risq id-Dar tal-Providenza

€5,200 inġabru fit-tielet edizzjoni tal-“Mixja, Qadfa, Ġirja” li saret il-Ħadd 16 ta’ Ottubru b’risq id-Dar tal-Providenza. Mijiet ipparteċipaw f’din l-attivitá, li kienet organizzata mill-Grupp Żgħażagħ Gudja, bl-appoġġ ta’ RTK4Charity.
Aqra aktar

Send this to a friend