Dar tal-Providenza – One News

Notifiki

Ġabra rekord ta’ aktar minn €1,275,000 jinġabru b’risq id-Dar tal-Providenza

Ftit aktar minn €1,275,000 inġabru b’risq id-Dar tal-Providenza f’maratona li saret fl-ewwel jum tas-sena.

Dik deskritta bħala festa ta’ ġenerożità ġabret rekord ta’ flus hekk kif inqabeż l-ammont tas-sena l-oħra b’madwar €20,000.

Preżentament din id-dar tospita mija u ħmistax-il resident li għandhom bżonn għajnuna kif ukoll attenzjoni speċjali u fl-istess waqt hija ħajt ta’ kenn għall membri tal-familja ta’ dawn ir-residenti.

Fost l-eluf ta’ persuni li wieġbu għas-sejħa, kien hemm il-Partit Laburista b’donazzjoni ta’ €1,000 b’risq dawn il-persuni li sabu l-għajnuna meħtieġa grazzi għal din id-dar li ġiet imwaqfa minn Monsinjur Mikiel Azzopardi li tat lilhom u lil familja tagħhom tama ġdida.

Ibda s-sena b’ġest nobbli- għin lid-Dar tal-Providenza waqt il-Festa ta’ Ġenerożità!

L-ewwel jum tas-sena kien iddedikat għall-Festa ta’ Ġenerożità, maratona ta’ 15-il siegħa fejn matulha jinġabru fondi b’risq ir-residenti tad-Dar tal-Providenza. Preżentament din id-dar tospita 115-il resident li għandhom bżonn għajnuna kif ukoll attenzjoni speċjali, u fl-istess waqt hija ħajt ta’ kenn għall membri tal-familja ta’ dawn ir-residenti. Aqra aktar

In-Nunzju Appostoliku ġdid għall-Malta iżur id-Dar tal-Providenza

In-Nunzju Appostoliku ġdid għall-Malta, l-E.T. Mons Alessandro D’Errico għamel l-ewwel żjara uffiċċjali tiegħu fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Huwa kien milqugħ mid-Direttur tad-Dar, Fr Martin u Micallef u ltaqa’ mar-residenti u l-carerstagħhom. Huwa sab ħin biex iżur il-kappella u l-mużew u l-qabar ta’ Dun Mikiel kif ukoll jara b’għajnejh il-faċilitajiet u l-ħidma li ssir fil-pixxina terapewtika u fiċ-Ċentru Agrikolu San Isidor.

Aqra aktar

Jinġabru €658,039 b’risq id-Dar tal-Providenza

Il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza irnexxiela tiġbor is-somma ta’ €658,039. Din il-maratona saret fuq 53 siegħa bla waqfien bil-messaġġ ewlieni jkun “Sabiħ li tagħti.”
Maratona li pparteċipaw fiha mal-300 volontier li rat 40 plejer jilagħbu bla waqfien biex jinġabru kemm jista’ jkun fondi b’risq id-Dar tal-Providenza.

Aqra aktar

Send this to a friend