dar il kaptan – One News

Notifiki

L-MTA tferraħ ħames entitajiet lokali tal-karità

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal darb’oħra ġabret somma sabiħa sabiex tkun tista’ tipprovdi donazzjonijiet lil ħames organizazzjonijiet tal-karità lokali li kienu: Dar il-Kaptan, il-Fondazzjoni OASI, Pink October, Carer for Stray and Abandoned Felines (CSAF) u s-sala Fairyland fl-Isptar Mater Dei.

Il-fondi għal dan il-ġest inġabru mill-ħaddiema tal-MTA waqt attivitajiet varji li saru tul is-sena, bħal ‘dress down days’ u l-bejgħ ta’ insalati tal-frott, minbarra affarijiet oħra tal-ikel. Saret ukoll attività b’rabta ma’ Pink October, li magħtulha nġabru aktar donazzjonijiet. Dan minbarra lotteriji li permezz tagħhom komplew jiżdiedu l-fondi.

Aqra aktar

“Dar il-Kaptan salvatli l-familja tiegħi” – omm ta’ żewġt itfal

“Dar il-Kaptan salvatli l-familja tiegħi” dan kien il-messaġġ li xtaqet twassal omm ta’ żewġt itfal meta esprimiet ir-ringrazzjament tagħha lejn il-ħidma li twettaq Dar il-Kaptan. Ħidma li twassal biex tgħin familji li għandhom membri tal-familja li għandhom xi forma ta’ diżabbiltà.

L-omm spjegat kif bħala omm ta’ żewġt itfal, b’waħda minnhom għandha diżabbiltà severa, meta saru jafu li għandhom tarbija b’diżabilità ħaduha bi kbira hi u r-raġel tagħha. Ma kinux jafu fejn se jaqbdu jagħtu rashom, iżda flimkien irrealiżżaw li din it-tifla hi rigal mingħand Alla u għalekk riedu jieħdu ħsiebha bl-aħjar mod li jixraqilha.

Aqra aktar

“Ikolli ma’ min nitkellem…nagħmel ħbieb ġodda”

Il-Premju Ewropew għaċ-Ċittadin tnieda mill-Parlament Ewropew fl-2008, bil-għan li jiġu rikonoxxuti organizzazzjonijiet Ewropej. Sena wara sena f’Malta rajna organinazzjonijiet jingħataw ħajr għax-xogħol siewi li jwettqu fid-diversi spettri tas-soċjetà.

Iltqajna ma’ Duncan Fenech, raġel b’diżabilità li ilu għal dawn l-aħħar tliet snin jattendi s-servizzi ta’ respite f’Dar il-Kaptan. Kliem Duncan huwa ta’ kuraġġ għal persuni b’diżabilità, kif tistgħu issegwu hawn.

Aqra aktar

Send this to a friend