Dar Ċentrali – One News

Notifiki

Mill-grupp tal-PN: Said urtat b’Mifsud Bonnici

Fost l-argumenti li qamu f’laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li saret ilbieraħ reġa’ kien hemm ieħor ma’ Chris Said. Id-Deputat Għawdxi li fl-aħħar ġimgħat kien iebes fi kliemu kontra l-Kap Adrian Delia jidher li kien imwarrab meta l-PN ġie biex jieħu l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emendi fuq il-ħatra tal-Avukat Ġenerali. Saħansitra, Chris Said qal li jħossu mweġġa’ bil-fatt li kien injorat u l-anqas ikkonsultat dwar x’pożizzjoni għandu jieħu l-Partit Nazzjonalista fuq il-bidliet li qed jipproponi l-Gvern.

Fil-fatt, f’isem il-PN fil-Parlament, tkellem fit-tul Carm Mifsud Bonnici, eks Ministru tal-Ġustizzja li llum huwa l-kelliem ewlieni għall-Affarijiet Barranin. Mifusd Bonnici huwa qrib ħafna ta’ Adrian Delia u kien il-bniedem li ġie kkonsultat meta Delia keċċa għal ftit żmien lil Simon Busuttil mill-grupp parlamentari.

Fil-fatt fil-Parlament kien l-istess Mifsud Bonnici li tkellem fit-tul u ħabbar li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tivvota kontra minkejja li Chris Said huwa r-rappreżentant tal-PN fuq kumitat għall-bidliet tal-kostituzzjoni.
Dan kien biss battibekk wieħed minn laqgħat li tant kienet taħraq li kellha tiġi aġġoranta għal lum. Bl-aħbar ewlenija tkun li din kienet laqgħa inkonklussiva li li ma waslet għal imkien.

JISPLODU L-VALUR TAL-BINI BIEX ISERRĦU MOĦĦ IL-PARTITARJI

  • Jgħidu li għandhom b’€25 miljun meta għandhom BI €13.9 miljun

Quddiem kriżi finanzjarja mingħajr preċedent l-establishment tal-Partit Nazzjonalista għamel sforz biex juri lill-partitarji li minkejja li żdiedu d-djun il-partit għandu biżżejjed assi biex jagħmlu tajjeb għal dak li jista’ jinqala’.

Fi kliem ieħor biex iwassal il-messaġġ li jekk hemm bżonn iktar x’jinbiegħ dan ikun jista’ jsir fiż-żmien li ġej għax hemm minn fejn.

Biex għamel dan ma’ The Malta Independent il-Partit Nazzjonalista qal li għandu assi li jlaħħqu l-valur ta’ €25 miljun, iżda l-kontijiet ippreżentati quddiem il-Kummissjoni Elettorali stess juru mod ieħor.Aqra aktar

SKUMDITÀ KBIRA TIRRENJA FIL-PN DWAR IL-LIĠI TAL-UGWALJANZA

Iktar deputati tal-Partit Nazzjonalista qed jagħmlu dikjarazzjonijiet li juru kemm huma skomdi bil-liġi tal-ugwalanza fiż-żwieġ.

Xi ħaġa li mhix sorpriża wara li l-gazzetti tal-Ħadd irrapportaw kif laqgħa tal-grupp Parlamentari dwar is-suġġett kienet waħda taħraq għaliex ħafna deputati nħasdu meta saru jafu li mhux se jkun hemm sempliċi bidla fl-isem tal-liġi tal-Unjoni Ċivili u fl-aħħar intlaħaq kompromess li jkun hemm vot iva, anke jekk għal ħafna hu ta’ konvenjenza għaliex qabel l-elezzjoni ġenerali il-Partit Nazzjonalista qal li jaqbel ma’ żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

Iżda, ladarba beda d-dibattitu pubbliku deputati tal-PN inkixfu dwar verament x’jaħsbu. L-iktar li dejjaqhom hu li minflok mara u raġel se jkun użat it-terminu kojugi biex il-liġi ma toħloqx diskriminazzjoni.

Skont id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli dan ifisser li l-liġi qisha ta’ xi pajjiż komunist.

Aqra aktar

Ma xebax bil-bezzun tal-AirMalta

Dan l-imbierek bezzun tal-AirMalta ma qalax kwistjonijiet biss fuq id-daqs tiegħu għalkemm kien meħtieġ biex jitnaqqsu l-ispejjeż, spiċċa f’polemika ħabba Simon Busuttil u dan mill-Oppożizzjoni.

Mela l-Kap tal-Oppożizzjoni ftit jiem wara li tela’ bħala Kap tal-PN, mar jiġri għand l-imprendituri biex iħallsulu l-pagi tas-Segretarju Ġenerali u tal-Kap Eżekuttiv. Għamilha hu biss u għamilha waħdu.

Għamilha meta kien jaf li qed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti. Għamilha fl-istess ħin li kien wiċċ imb’wiċċ mal-Gvern jitkellem dwar il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti u kif se tkun imtejba. Għamilha fl-istess ħin li kien beda u għadu għaddej bil-kantiliena tal-Governanza, trasparenza u onestà politika.

Aqra aktar

Opinjonisti dwar il-PN: ĦABI, ARROGANZA, DIŻONESTÀ

Il-kobor tal-iskandlu Skema Pagi PN huwa rifless ukoll fil-mod kif diversi opinjonisti li qed jagħżlu li jiddedikaw l-ispazju li għandhom fil-ġurnali biex jiktbu dwaru.

Ħafna osservaw li dan l-iskandlu kompla jesponi l-qasma interna fil-Partit Nazzjonalista. Fost oħrajn, fit-Times of Malta, kitbet Michela Spiteri, f’artiklu b’titlu dwar il-ħoss silenjuż ta’ Simon Busuttil. Appellat biex Simon Busuttil jippublika l-fatti kollha, ħaġa li sa issa ma jridx jagħmel. Però fi kliemha dan għandu jkun prijorità.

“Should be opposition leader’s priority … But oddly enough, Busuttil is having none of it,” biex nużaw kliemha eżatt.

Spiteri fissret kif it-terremot politiku li tkellem dwaru Simon Busuttil verament ċaqlaq l-Partit Nazzjonalista miċ-ċentru tiegħu.

Innotat ukoll l-inkonsitenza ta’ Busuttil u kif l-ewwel reazzjoni imedjata ta’ tiegħu kienet li l-flus ta’ DB huma maħmuġin u li se jroddhom lura. Iżda ftit jiem wara, biddel fehemtu u qal li huma flus legali u leġittimi u li mhux se jroddhom lura lid-DB.

Aqra aktar

Kollox flus!

Hawn min qiegħed jgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qed iżid it-temperatura politika għax għandu bżonn il-flus.

Aqra aktar

Send this to a friend