Daphne – One News

Notifiki

IL-MESSAĠĠ QATTIEL KIEN JAQRA #REL1=ON

Kien imiss li jixhdu l-aġenti tal-FBI liema apenti preżentaw għadd ta’ dokumenti. L-informazzjoni provduta turi li permezz ta’ messaġġ li ntbagħat, ħadet il-bomba.

12:00: Fuq il-pedana tax-xhieda issa telgħu l-aġenti tal-FBI Richard Fennerne  u William Schute.

Fejn preżentaw għadd ta’ dokumenti lill-Qorti u lid-difiża.

Qabel jibdew jixhdu huma spjegaw li huma Aġenti Speċjali tal-FBI u jispeċjalizzaw fl-analiżi tad-‘Data Ċellulari’. Xogħlhom huma li jiġbru l-informazzjoni u jikkumbinaw l-informazzjoni ma’ dik mit-torrijiet ċellulari, imbagħad jaslu għat-telefonata fejn tkun saret. Huma qalu lir-rapport tagħhom huwa kemmxejn twil.

Huma kkonfermaw li tqabbdu sabiex jagħmlu dan ix-xogħol mill-Maġistrat Inkwirenti Anthony Vella.

Aqra aktar

Tikxfu Daphne u hu jaħbi

Daphne Caruana Galizia kixfet is-sors li minnu kwota l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, biex ħoloq l-aħħar gidba tiegħu. Din id-darba kontra ċ-chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

Daphne Caruana Galizia kitbet li  Simon Busuttil qed jikkwota minn rapport tal-Financial Intelligence Analysis Unit.

U ffaċjat bid-dikjarazzjoni ta’ Caruana Galizia Simon Busuttil ma ċaħadx, għalkemm għal darb’oħra ħeba s-suppost provi li għandu.

Aqra aktar

ĦAMEST IJIEM ĊANS u la Simon u la Daphne ma ġabu prova waħda

Iċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri qal li għaddew ħamest ijiem minn meta Simon Busuttil u Daphne Caruana Galizia allegaw li l-kumpanija tiegħu ġiet użata biex jiġu trasferiti miljuni ta’ fondi li suppost ġejjin mill-Ażerbaijan. Sal-ġurnata ta’ llum, pero, kemm Simon u kemm Daphne naqsu milli jġibu prova waħda dwar l-allegazzjonijiet li qed jagħmlu.

Żied jgħid li Daphne Caruana Galizia lanqas biss aċċettat t-talba sempliċi u ġusta li l-libell li fetaħ kontriha jinstema’ b’urġenza.

Schembri nnota li kieku Simon u Daphne verament jemmnu fl-allegazzjonijiet li qed jagħmlu, m’ghandhom isibu l-ebda diffikulata biex joħorgu il-provi.

Aqra aktar

Iċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jiftaħ libell kontra Daphne Caruana Galizia u jitlob l-urġenza

Iċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri fetaħ libell kontra Daphne Caruana Galizia dwar allegazzjonijiet malafamanti fi blog fejn qalet li permezz ta’ kumpanija tiegħu rċieva ammonti kbar ta’ flus minn kont bankarju ta’ kumpanija ta’ persuni konnessi mal-politika fl-Ażerbajġan. Dawn l-allegazzjonijiet huma għal kollox giddieba u bla bażi.

Is-Sur Schembri ressaq ukoll rikors sabiex din il-kawża tinstema’ b’urġenza.

Daphne Caruana Galizia għandha hi wkoll taċċetta li l-każ jinstema’ b’urġenza jekk hi verament temmen li l-poplu Malti għandu jkun jaf il-verità.

DCG tibdel l-attività tal-Ħadd tal-PN

Nhar il-Ħadd il-Partit Nazzjonalista se jmur Tas-Sliema, f’attivita maħsuba biex Simon Busuttil jiddefendi lil Daphne Caruana Galizia, li qed tiffaċja kawżi ta’ libell wara gideb fuq id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Fil-każ tagħha biss Chris Cardona għamel ukoll mandat ta’ sekwestru li l-qorti laqgħet wara analizi bir-reqqa.

Il-Ħadd li ġej Simon Busuttil kellu jmur Ħad-Dingli iżda l-klikka tal-estremisti fil-Partit Nazzjonalista qablet li tmur Tas-Sliema kif trid Daphne Caruana Galizia biex fi kliemhom “jiddefendu d-demokrazija u l-libertà.” Imkejjen fid-Dar Ċentrali qalu li Simon Busuttil m’għandux għażla għaliex fl-aħħar erba’ snin serraħ kemm felaħ fuq Caruana Galizia biex ikunu orkestrati attakki ma min ma jaqbilx mal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Agħar minn qabel l-2013

Konvint li s-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista hija agħar minn qabel l-2013. Lanqas għandi dubbju. Nistgħu nsemmu ħafna eżempji. Nistgħu nsemmu d-differenza kbira fit-tmexxija, u nistgħu nsemmu wkoll il-mod ta’ kif qed isir il-politika llum. Naqbdu l-episodju tal-bieraħ.Aqra aktar

‘Sick joke’ – Saviour Balzan wara d-difiża tal-PN għal DCG

“Il-mibgħeda u l-attakki personali u l-istejjer mhux verifikati matul is-snin li nvolvew persuni innoċenti familji u t-tfal huma parti mid-demokrazija. What a Sick Joke.”

Hekk kiteb Saviour Balzan, editur maniġerjali tal-maltatoday, wara li l-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija jaqbeż għal Daphne Caruana Galizia li ffaċjat proċeduri legali mid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Caronda.

Balzan żied li meta James Debono u hu kienu mġiegħla jħallsu €25,000 lill Peter Fenech, avukat tal-Partit Nazzjonalista, ħadd ma tħasseb u saħaq li hu u Debono huma ġurnalisti.

Fuq kollox, Balzan kiteb kif Mario Frendo talbu kumment għal NET TV li mbagħad ma kienx imxandar fuq l-istazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. “Il-verità mhix prerogattiva tal-partiti,” kkumment Balzan fuq twitter.

Lou Bondi dwar DCG: “Ipokrita”

Infetħet gwerra bejn Lou Bondi u Daphne Caruana Galizia. Kien permezz ta’ Facebook li Bondi żvoga, u qal li Daphne għamlet lilu dak li beża’ li kien se jiġrilha meta l-cameras iffilmjawh f’darha jgħid “tistgħu tgħiduli x’qed jiġri hawn?”

Aqra aktar

Send this to a friend